Parish Office

15, Triq il-Kbira, Mosta MST 2015
Telefon: 21 433 826 Fax: 21 418 368
E-Mail: [email protected]

Miftuħ: It-Tnejn 9:00a.m. sal-11:00a.m. 4:30p.m. sas-6:00p.m.
L-Erbgħa 9:00a.m. sal-11:00a.m. 4:30p.m. sas-6:00p.m.
Il-Ġimgħa 4:30p.m. sas-6:00p.m.
Is-Sibt 9:00a.m. sal-11:00a.m.
– Ħinijiet oħra b’appuntament biss –

Ħinijiet għall-Qrar

  • Kuljum mill-ewwel sa l-aħħar quddiesa
  • Nhar ta’ Ħadd il-qrar isir fis-sagrestija
  • Konfessur barrani lejlet l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar
  • Għall-festi prinċipali jsir avviż il-Ħadd ta’ qabel

Tqarbin tal-Morda

  • Il-Viċijiet u saċerdoti oħra jqarbnu regolarment lill-morda
  • Il-familjari tal-morda jistgħu jikkuntattjaw għat-tqarbin:   fl-Uffiċċju Parrokkjali, lill-Viċijiet,  lis-saċerdoti li huma jixtiequ
  • Fil-Parroċċa għandna  madwar 80 Ministru Straordinarju ta’ l-Ewkaristija li, b’mandat ta’ Mons Arċisqof,  iwasslu l-Ewkaristija lill-morda fid-djar, meta s-saċerdoti jkunu impenjati mod ieħor u jqarbnu fil-quddies matul is-sena.

Magħmudija

  • Tingħata waqt quddiesa kull tieni u raba’ Ħadd tax-xahar
  • Isir notament minn qabel fl-Uffiċċju Parrokkjali
  • Il-Ġenituri għandhom jattendu laqgħa ta’ thejjija qabel il-magħmudija
  • Iċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija ssir biss fil-Knisja Arċipretali

Adorazzjoni

  • Kull nhar ta’ Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija
  • Kuljum tul ix-xahar ta’ Ottubru waqt li jingħad ir-rużarju
  • Għal 40 siegħa fil-Kwaranturi fl-aħħar erbgħa t’ijiem tas-sena