Archive for the ‘Il-Vangelu tal-Ħadd’ Category

Coffee Morning l-Erbgħa 28 ta’ Mejju –

  Il-Hadd 24 ta’ Novembru 2013, il-knisja ticcelebra l-Festa Solenni ta’ Kristu Sultan tal-Holqien kollu. Din is-sena, din ic-celebrazzjoni se ssir fil-knisja Arcipretali tal-Mosta. Hawn taht qed nibghatlek il-programm b’aktar dettalji. Is-Sibt 23 ta’ Novembru 2013. Se ssir Adorazzjoni quddiem Gesu’ Sagramentat, fil-knisja Arcipretali tal-Mosta bejn it-8:30p.m. u l-10:30p.m.   Ilkoll imheggin biex insibu ftit […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        30 Ħadd matul is-sena   L-IMĦABBA TA’ ALLA U L-IMĦABBA TAL-PROXXMU     L-1 QARI  – Qari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu. – Eż 22, 20-26 Dam jgħid il-Mulej: La taħqarx ’il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll kontu barranin fl-art ta’ l-Eġittu. La taħqrux ’l-armla u ’l-iltim għax jekk taħqruhom, u huma jsejħuli, jien […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        29 Ħadd matul is-sena   IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI   L-1 QARI –  Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. – Is 45, 1, 4-6 Dan jgħid il-Mulej lill-Midluk tiegħu, lil Ċiru, li jien wettaqtlu idu l-leminija biex imidd ma’ l-art il-ġnus quddiemu u jħoll il-ħżiem tas-slaten, biex jiftħu beraħ il-bibien quddiemu u l-bibien ma jsakkrulux: […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        28 Ħadd matul is-sena   L-IKLA TAT-TIEĠ: IL-KNISJA L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. – Is 25, 6-10a Dak in-nhar: Jagħmel il-Mulej ta’ l-eżerċti għall-popli kollha fuq din il-muntanja ta’ Sijon mejda b’ikel fin, mejda bi nbejjed fini, b’laħam imsemmen bil-mudullun, u nbejjed fini. Hu jċarrat minn fuq din il-muntanja il-velu li […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        27 Ħadd matul is-sena   IL-GĦALQA TAD-DWIELI: IL-KNISJA   L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. – Is 5, 1-7 Ħa ngħanni lill-maħbub tiegħi il-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu. Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja għammiela. Għażaqha u naddafha miż-żrar, u ħawwel fiha dwieli mill-aħjar; bena torri f’nofsha, u wkoll ħaffer […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        26 Ħadd matul is-sena   NIDDEĊIEDU FIL-KUXJENZA L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel. – Eż 18, 25-28 Dan jgħid il-Mulej: Intom għidtu: Mhix sewwa l-imġiba tal-Mulej! Issa isimgħu, dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi mhix sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhix sewwa? Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-ġustizzja tiegħu u jagħmel il-ħażen u jmut […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        25 Ħadd matul is-sena   IT-TJIEBA U L-ĠENEROŻITA’ TA’ ALLA L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. – Is 55, 6-9 Fittxu l-Mulej sakemm tistgħu ssibuh, sejħulu sakemm hu qrib! Ħa jħalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-ħażin fehmietu; ħa jerġa’ lura għand il-Mulej u jħenn għalih, għand Alla tagħna għax hu jaħfer ħafna. […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        24 Ħadd matul is-sena   NAĦFRU DEJJEM U LIL KULĦADD   L-1 QARI – Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak. – Sir 27, 33-28, 9 Mibegħda u għadab, dawn ukoll ta’ min jistmerrahom; u l-bniedem midneb iżomm f’qalbu. Min jivvendika ruħu, il-Mulej jagħmel vendetta minnu u jżomm il-kont sewwa ta’ dnubietu. Aħfer lil għajrek […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        22 il-Ħadd matul is-sena  NIKKOREĠU LIL XULXIN   L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel. – Eż 33, 7-9 Dan jgħid il-Mulej: U int, bin il-bniedem, jiena qegħidtek għassies fuq id-dar ta’ Iżrael. Meta int tisma’ kliemi ħiereġ minn fommi, għandek twiddibhom f’ismi. Meta ngħid lill-midneb, ‘Int għandek tmut żgur,’ u int ma […]