Archive for the ‘Zone News’ Category

IL-ĠIMGĦA (29) Sollenita ta’ San Pietru u San Pawl. Xieraq li nqaddsu dan il-jum billi nieħdu sehem fil-Quddiesa. Il-ħin tal-quddies, jkun bħal ta’ nhar ta’ xogħol u fil-Knisja Arċipretali tiżdied quddiesa oħra fl-10am. IS-SIBT (30) Festa ta’ San Paċifiku, meqjum fil-kor tal-Knisja Arċipretali. Il-Quddiesa tat-8:30a.m. tkun bil-kant. Minn nhar IL-ĦADD (1), iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija se […]

IT-TNEJN (18) fis-7.30pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-okkażżjoni ta’ jum il-missier. IT-TLIETA (19) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax Et Bonum wara l-quddiesa tad-9am. IT-TLIETA (19) L-Azzjoni Kattloika Nisa se torganizza laqgħa ta’ talb għall-Missirijiet ħajjin u mejtin, fl-fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9.30am. Tibda bil-quddiesa. IT-TLIETA (19) Se ssir laqgħa għall-Katekisti kollha tal-parroċċa fiċ-Ċentru ta’ Ta’ Mlit, fis-7pm. […]

IL-ĦADD (10) Niċċelebraw l-festa tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-6.00pm ssir adorazzjoni quddiem Ġesu Sagramentat u fis-7:00p.m. quddiesa. Wara jkun hemm attivita soċjali għal kulħadd. IT-TNEJN (11) tibda Ġimgħa ta’ Tagħlim minn membri tal-Museum, fil-kappella taċ-Ċentru Sant’ Andrija, wara l-Quddiesa tas-6:00p.m. IT-TLIETA (12) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda […]

IL-ĦADD (3) Niċċelebraw il-festa ta’ Corpus. Filgħaxija wara l-Quddiesa tal-5:30p.m. toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Tibda l-ġimgħa Ewkaristika li se titqassam b’dan il-mod: It-Tnejn jum ta’ Adorazzjoni fil-kappella ta’ Santa Margerita It-Tlieta jum ta’ Adorazzjoni fil-kappella taċ-Ċentru Sant Andrija L-Erbgħa jum ta’ Adorazzjoni fil-Knisja Marija Omm il-Knisja f’Ta’ Mlit L-Ħamis fil-knisja Sagra Familja […]

IL-ĦADD (27) fis-6:00p.m. ikollna t-tieni grupp ta’ tfal li se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-5:30p.m. se ssir fil-katekumenju. Minn nhar it-TNEJN (28) sa nhar il-ĠIMGĦA (1) il-quddies ta’ filgħodu li is-soltu jsir fil-Knisja Arċipretali se jsir fil-katekumenju, ta wara l-knisja, minħabba li se jsir xogħol fuq l-art tal-presbiterju. IT-TLIETA (29) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella […]

IT-TLIETA (22) Se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita, fil-kappella ta’ San Silvestru, fis-6p.m. jingħad ir-Rużarju u wara jkun hemm Quddiesa bil-kant u bil-prietka. L-ERBGĦA (23) Se tiġi organizzata Ħarġa għall-Anzjani f’M’Xlokk. Din l-attivita tinkludi Quddiesa u Ikla. Booking sa nhar it-Tnejn. L-ERBGĦA (23) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati. […]

IL-ĦADD (13) Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., fil-parking area tal-PAMA. Infakkru li min se jagħti d-demm mitlub jippreżenta l-karta tal-identita. IT-TNEJN (14) Fiċ-ċimiterju se ssir quddiesa fis-7.00pm, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm. IT-TLIETA (15) L-Azzjoni Kattolika Nisa se torganizza laqgħa, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm, fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30am u tinkludi Quddiesa, Taħdita u […]

IT-TNEJN (7) Se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fis-7:00p.m. IT-TLIETA (8) Hija l-Festa tal-Madonna ta’ Pompej, Fil-11:30am Quddiesa fil-Knisja Arċipretali u wara tingħad it-Talba supplika tal-Madonna. L-ERBGĦA (9) Festa ta’ San Ġorġ Preca, fil-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-knisja Arċipretali, jieħdu sehem il-membri tal-Museum. IL-ĠIMGĦA (11) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jersqu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħa se tkun […]

IL-ĦADD (29) Se ssir FIERA, fl-Oratorju Marija Immakulata. Se nagħtu bidu għax-xahar ta’ Mejju. Xahar ddedikat lill-Madonna. Inħeġġu li b’mod speċjali f’dan ix-xahar jintalab ir-rużarju kuljum. Fil-Knisja Arċipretali isir kuljum wara l-quddiesa tas-7a.m. u fis-6pm. Matul ix-xahar ta’ Mejju l-Leġjun ta’ Marija se jorganizza Rużarju fil-beraħ kull nhar ta’ Erbgħa, ħdejn il-kappella tal-Madonna tal-Isperanza u […]