1. IL-ĦAMIS (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-knisja Arċipretali.
  1. IL-ĦAMIS (15) Waqt l-Adorazzjoni li ssir fil-knisja Arċipretali, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija huma mistiedna b’mod speċjali l-membri tal-għaqdiet Reliġjużi tal-parroċċa.
  1. IL-ĦAMIS (15) Se ssir taħdita u riflessjoni fuq il-Passjoni ta’ Sidtna Ġesu skont San Ġwann minn Fr Joe Ciappara. Din se ssir fil-Mustina, fis-7:15pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Se ssir Adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali, fid-9:00a.m., mmexxija mis-Superjur Joe Fenech.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Theresa fil-kor tal-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Se jsir Kunċert ta’ mużika sagra, fl-okkażżjoni tas-60 sena mit-twaqqif tal-Kor Santa Ċeċilja. Dan se jsir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:30p.m.
  1. Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni nhar is-Sibt (17) fis-6.30pm. u l-Ħadd (18) fis-2.30pm u fis-6:00p.m.
  1. It-Tnejn 19 ta’ Marzu, festa ta’ San Ġużepp, se jsir pelleġrinaġġ mill-Mellieħa sal-Mosta bil-mixi. Għal min irid se jiġi organizzat trasport mill-Mosta għal Mellieħa. Fid-9:30a.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, u wara nitilqu bil-mixi għal Mosta. Fil-mixja tagħna se nieqfu fil-Knisja tal-Manikata għal mument żgħir ta’ talb u ħin għal ikel u nerġgħu nagħmlu waqfa oħra fil-Knisja taż-Żebbiegħ. Booking mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Il-Ġabra speċjali b’risq ir-restawr tal-portiku, li saret fil-weekend li għadda kienet ta’ €2,890. Grazzi.
  1. Nitolbu għal Carmela Camilleri, Georgina Farrugia u Joseph Tanti li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …..

Leave a Reply