1. IL-ĦADD (1) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru. Lkoll mħeġġin biex matul dan ix-xahar nitolbu r-Rużarju b’ħeġġa u devozzjoni. Tajjeb li nitolbu din t-talba fil-familji jew ma’ membri oħra tal-Komunita’ Nisranija fil-knejjes. Fil-Knisja Arċipretali r-Rużarju jingħad wara l-Quddiesa tas-7:00a.m. u qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija. Fil-kappella tal-Pax Et Bonum jingħad fl-4:00p.m.
  1. IL-ĦADD (1) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. issir quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza Rotunda, Triq il-Kbira, San Gwann, Grognet, Torri, Xorxa, Gużeppi Callus, Kungress Ewkaristiku, għall-Knisja Arċipretali. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
  1. IT-TNEJN (2) issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju fis-6.00pm.
  1. L-ERBGĦA (4) Se jerġgħu jibdew il-laqgħat ta’ formazzjoni tan-nisa li jsiru l-Mustina fl-10a.m. In-nisa kollha huma mistiedna għal dawn il-laqgħat.
  1. L-ERBGĦA (4) Festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi, se ssir Quddiesa bil-prietka, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, fl-4:00p.m.
  1. Il-ĦAMIS (5) Fil-Knisja Arċipretali jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar, bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĦAMIS (5) Fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Anzjani, Se ssir Quddiesa għall-Anzjani, organizzata mill-Caritas Malta, fil-Knisja Arċipretali, fl-10a.m., li se titmexxa mill-ET. Mons Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona.
  1. IL-ĦAMIS (5) Se ssir Quddiesa u Adorazzjoni, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, fis-7:30p.m. minn Fr Franco Fenech.
  1. IL-ĠIMGĦA (6) Se ssir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Jannar u Lulju li ġej. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Sant’ Andrija, fis-7:30pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (6) Se jsir pellegrinaġġ għat-tfal kollha ta’ Malta, minn ħdejn id-dar tal-Kleru għal Knisja ta’ Santa Tereza B’Kara. Jibda fis-6:00p.m. Dawk li jixtiequ jattendu u għandhom bżonn trasport għandhom javżaw fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. IL-ĦADD (8) Se ssir il-festa fil-Knisja ta’ Wejda, fi Triq it-Torri. Fit-8:30am. u fis-6:30p.m. se jsir Quddies tal-festa.
  1. Matul ix-xahar ta’ Ottubru, il-Leġjun ta’ Marija qed jorganizza Rużarju kull nhar ta’ Erbgħa, ħdejn il-Kappella tal-Isperanza u kull nhar ta’ Ġimgħa ħdejn il-kappella ta’ San Anton Abbati, fis-7:00p.m.
  1. Il-Ħadd 15 ta’ Ottubru se jiġi organizzat Sunday Buffett Lunch b’risq ir-restawr tal-Portiku, f’lukanda il-Marfa. Aktar dettalji minn fuq n-notice boards.
  1. Nitolbu għal Remy Julian D’Amato, Antonia Sammut u Emanuela Sultana li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…………..

Leave a Reply