1. IL-ĦADD (10) Niċċelebraw l-festa tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-6.00pm ssir adorazzjoni quddiem Ġesu Sagramentat u fis-7:00p.m. quddiesa. Wara jkun hemm attivita soċjali għal kulħadd.
  1. IT-TNEJN (11) tibda Ġimgħa ta’ Tagħlim minn membri tal-Museum, fil-kappella taċ-Ċentru Sant’ Andrija, wara l-Quddiesa tas-6:00p.m.
  1. IT-TLIETA (12) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (14) Fil-5:00p.m. se ssir quddiesa ta’ tmiem is-sena Kateketika għat-tfal kollha tal-Parroċċa, fil-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Fil-11:00a.m. se jingħad r-Rużarju u l-quddiesa, fuq l-artal tal-Assunta fil-kor tal-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Se jsir Nofs ta’ Nhar ta’ Talb għall-Ommijiet u Nanniet, fis-Seminarju tal-Virtu, organizzat mill-Mothers Prayers. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboard.
  1. IL-ĦADD (17), se ssir Quddiesa fis-sagrament tal-Magħmudija, fil-knisja Arċipretali, fl-4:00pm.
  1. F’Għeluq il-Ħamsin Sena mill-Mewt ta’ Padre Pio, se tiġi organizzata ġita għall-postijiet marbuta miegħu. Din se ssir bejn il-21 u l-25 ta’ Settembru. Programm b’aktar dettalji jinsab minn ħdejn il-bieb ta’ barra.
  1. Wasalna biex nibdew ix-xhur sħan tas-sajf. Infakkru li f’dan iż-żmien għandna nibqgħu inħossu li nfaħħru lil Alla flimkien bis-sehem tagħna fil-Quddies. Importanti wkoll li l-ilbies tagħna jkun xieraq biex ngħinu lil xulxin fit-talb.
  1. Il-Ġabra speċjali li saret fil-weekend l-ieħor kienet ta’ €2760. Grazzi
  1. Nitolbu għal Nazzareno Mifsud, Colin Muscat, Mary Agius u Victor Caruana li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply