1. L-ERBGĦA (14) nagħtu bidu għar-Randan. Huwa jum ta’ sawm u astinenza. Fis-5:45p.m. jibda Pellegrinaġġ bil-kurċifiss mill-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu u jgħaddi mit-toroq Stivala u Kbira sal-Knisja Arċipretali, fejn fis-6.30pm tibda quddiesa li fiha issir iċ-ċerimonja tat-tberik u t-tqegħid tal-irmied.
  1. IL-ĦAMIS (15) Fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Knisja Arċipretali jingħad r-Rużarju u wara tiġi ċċelebrata l-Quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (15) Se ssir Laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Lulju u Diċembru. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Pastorali ta’ Sant’Andrija, fis-7:30p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa, fil-Kor tal-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (17) se jibda kors ta’ eżerċizzi għall-koppji miżżewġin u għall-għarajjes, fil-Knisja Arċipretali fis-6:00pm, bejn il-quddies tal-5 u tas-6:30pm. Dan il-kors se jkompli kull nhar ta’ Sibt matul iż-żmien tar-Randan. Jiprietka l-arċipriet Dun Sebastjan Caruana.
  1. IL-ĦADD (18) Ix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla se torganizza Jum ta’ Talb għal żmien ir-Randan, fl-lukanda Buġibba. Kulħadd min jixtieq jattendi għandu jibbukja mingħand il-helpers tax-Xirka.
  1. IL-ĦADD (18) se jiġi organizzat Seminar, li jinkludi l-Quddiesa, għal dawk kollha li jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Dan se jsir fiċ-ċentru Sant’ Andrija u jibda fid-9:00a.m. Fl-aħħar tas-Seminar jkun hemm ħin għad-dettalji u l-kitba ta’ dawk li jixtiequ jkaxkru l-ktajjen.
  1. Qed jiġu nstallati sistemi tal-alarm u ta’ CCTV cameras biex tiġi mħarsa s-sigurta tal-Knisja Arċipretali, kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl. Kull min jixtieq jagħti donazzjoni għal dan il-għan għandu jgħaddiha fl-uffiċċju parrokkjali jew lil xi saċerdot.
  1. Il-Ġabra speċjali li saret il-Ġimgħa l-oħra b’risq ir-restawr tal-Portiku kienet ta’ €2,820. Is-somma li nġabret mid-donazzjoniijiet li ngħataw minn dawk li telgħu jaraw x-xogħol tal-portiku kienet ta’ €625 u mill-Mixja / Ġirja nġabret s-somma ta’ €1,375. Grazzi
  1. Nitolbu għal Paul Quattromani, Maria Dolores Buhagiar, Carmela Sciberras u Giuseppe Maria Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply