1. IL-ĦADD (11) fis-6:30p.m. ikollna t-tieni grupp ta’ tfal li se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-5:30p.m. se ssir fil-katekumenju.
  1. IT-TNEJN (12) Se ssir Quddiesa fiċ-Ċimiterju fis-7:30p.m.
  1. IT-TLIETA (13) Se ssir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9:00a.m.
  1. IL-ĦAMIS (15) Il-kummissjoni Djakonija ser torganizza ħarġa għal anzjani għal dar Frate Jacabo, f’Wied il-Għajn. Tluq ta’ trasport mill-pjazza fid-8:45a.m. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn.
  1. IL-ĦAMIS (15) Fil-11:00a.m. se jingħad r-Rużarju u l-quddiesa, fuq l-artal tal-Assunta fil-kor tal-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĦAMIS (15) Fil-5:00p.m. se ssir quddiesa ta’ tmiem is-sena Kateketika għat-tfal kollha tal-Parroċċa, fil-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĦAMIS (15) Wara l-quddiesa tas-6:30p.m., fil-Knisja Arċipretali, se jsir ħin ta’ adorazzjoni li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-membri tal-għaqdiet reliġjużi tal-Parroċċa.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Se ssir Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa, fl-4:00p.m. fil-Kor tal-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Se ssir laqgħa għall-parrini tat-tfal li se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. Fil-weekend li ġej niċċelebraw l-festa ta’ Corpus Christi: il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesu:IS-SIBT (17) Wara l-Quddiesa tas-6:30p.m. se ssir Adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali sad-9:30p.m. IL-ĦADD (18) Wara l-Quddiesa tat-8am isir it-tqarbin tal-morda. Filgħaxija wara l-Quddiesa tal-5:30p.m. toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina, fratelli u Kleru. Il-purċissjoni se tgħaddi mit-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, Sant Anna, Stivala, Barrieri, Kulleġġ, Ponsomby, Oratorju, Kbira u Pjazza Rotunda.
  1. Il-Ġabra speċjali li saret fil-weekend l-ieħor b’risq ir-restawr tal-portiku kienet ta’ €2,869. Grazzi
  1. L-Arċipriet u l-Kleru jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li laqgħuhom fi djarhom fi żmien tat-tberik. Min għal xi raġuni jew oħra ma berikx u jixtieq ibierek jista jħalli nota fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Emanuela Gauci li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha o Mulej…..

Leave a Reply