1. Min għada t-TNEJN (13) jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għall-koppji Miżżewġin u għall-għarajjes, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7.15p.m. u għal kulħadd fiċ-Ċentru Ġesu Feddej fis-6:30p.m. u fil-kappella tas-Sorijiet Agostinjani fis-6:00p.m.
  1. IT-TLIETA (14) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (15) Se ssir quddiesa fuq l-artal tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija, Fil-11.00am jibda r-Ruzarju u wara quddiesa. Kulhadd mistieden jattendi.
  1. L-ERBGĦA (15) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĦAMIS (16) Se ssir t-tieni laqgħa għal żmien ir-Randan, fl-Oratorju Marija Immakulata, fl-10am, minn Fr Joe Ciappara, bis-suġġett: Inkomplu ngħixu l-Ewkaristija.
  1. IL-ĠIMGĦA (17) fl-4:00p.m. Adorazzjoni fil-Kor tal-Knisja Arċipretali, organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Tereza.
  1. IS-SIBT (18) Issir il-kitba taż-żimarri tal-Ġimgħa l-Kbira bejn it-3.30 u s-6:30p.m. u titkompla l-Ħadd (19) bejn it-8 u l-11am. It-tfal subien u bniet jiltaqgħu s-Sala ta’ fuq is-sagristija tal-bomba.
  1. Il-Ħadd (19) Fil-Quddiesa tad-9:30am, fil-Knisja Arċipretali se jieħdu sehem t-tfal li se jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni u wara ssir laqgħa għalihom.
  1. Il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tar-Restawr tal-portiku tal-Knisja kienet ta’ €2759. Grazzi.
  1. Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu se jiġi organizzat Breakfast fl-Lukanda Bugibba, bħala fundraising għar-restawr tal-portiku tal-Knisja. Aktar dettalji minn fuq in-notice boards tal-Knisja.
  1. Fuq iz-zuntier tal-knisja qed isir bejgħ ta’ Kwareżimal mill-grupp tal-Abbatini tal-parroċċa.
  1. Nitolbu għal Carmela Captur, Giuditta Perkins, Carmela Scerri, Vincenza Sammut, Peter Chetcuti li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply