1. IL-ĦADD (14) Se tiġi organizzata Mixja/ Ġirja b’risq ir-restawr tal-Portiku tal-Knisja Arċipretali. Nibdew fl-10:00am. minn ħdejn iz-zuntier tal-Knisja.
  1. IL-ĦADD (14) tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pawl Eremita fil-kappella ddedikata lilu f’Wied il-għasel. Ikun hemm quddiesa fit-3:30p.m.
  1. IT-TNEJN (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-knisja Arċipretali.
  1. IL-ĦAMIS (18) Waqt l-Adorazzjoni li ssir fil-knisja Arċipretali, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija huma mistiedna b’mod speċjali l-membri tal-għaqdiet Reliġjużi tal-parroċċa.
  1. Mit-18 sal-25 ta’ Jannar hi l-Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda fost l-Insara. IL-ĠIMGĦA (19) se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan, fil-Knisja ta’ Marija Bambina l-Isla, fis-6:30p.m, li se jippresiedi Mons Arċisqof. Kulħadd mistieden jattendi.
  1. IL-ĠIMGĦA (19) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Theresa fil-kor tal-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĦADD (21) issir il-festa ta’ San Anton Abbati fil-kappella tiegħu. Fl-10am isir it-tberik ta’ l-annimali u fil-5:30pm ikun hemm Quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS 25 TA’ JANNAR se ssir Ħarġa għall-Anzjani fl-Imdina, li tibda bil-quddiesa u wara ikla fis-Seminarju. Tluq mill-pjazza tal-Mosta fid-9:00a.m. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Paul Gatt, Oscar Muscat, Francesco Saliba, Carmelo Saliba u Joe Camilleri li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply