1. IL-ĦADD (14) Fl-4:00p.m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Knisja Arċipretali.
  1. IT-TNEJN (15) Se ssir quddiesa fuq l-artal tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija, Fil-11.00am jibda r-Ruzarju u wara quddiesa. Kulħadd mistieden jattendi.
  1. IT-TNEJN (15) Fiċ-ċimiterju se ssir quddiesa fis-7.00pm, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm.
  1. IT-TLIETA (16) L-Azzjoni Kattolika Nisa se torganizza laqgħa għal kulħadd, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm, fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30am u tinkludi Quddiesa, Taħdita u ħin soċjali.
  1. L-ERBGĦA (17) Fid-9:00a.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĦAMIS (18) il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Ħarġa għall-Anzjani, li tibda bil-Quddiesa, għall-Imdina f’egħluq l-1950 sena mill-Martirju ta’ San Pawl. It-trasport jitlaq mill-pjazza fit-8:30am. Booking fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn.
  1. IL-ĠIMGĦA (19) fl-4:00p.m. Adorazzjoni fil-Kor tal-Knisja Arċipretali, organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Tereza.
  1. IL-ĦADD (21) Se jsir Seminar għat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina, flimkien mal-ġenituri tagħhom, fis-Seminarju r-Rabat, mid-9:00a.m. sa nofsinhar. Aktar dettalji miċ-ċentri tad-Duttrina.
  1. IL-ĦADD 28 TA’ MEJJU se jiġi organizzat Sunday Lunch b’risq ir-restawr tal-portiku, f’lukanda il-Marfa. Aktar dettalji fuq n-notice board jew mill-fuljett Flimkien.
  1. Il-ġabra speċjali tal-ġimgħa l-oħra b’risq ir-restawr tal-portiku kienet ta’ €2,986. Grazzi.
  1. Nawguraw lill-ommijiet kollha l-festa t-tajba. Ngħaqqdu x-xewqat tagħna ma’ talba għal bżonnijiet ta’ l-ommijiet ħajjin. Sliem għalik Marija ……… Nitolbu għall-ommijiet mejtin u għal Winston Fenech, Carmel Sant, Emanuel Sant, Filomena Camilleri u Mary Farrugia li mietu din l-ġimgħa. Agħtihom O Mulej ……..

Leave a Reply