1. Illum il-ĦADD (15) u matul il-ħdud li ġejjin il-Mixja Neo Katekumenali qed twettaq il-Missjoni l-Kbira. Dawn il-laqgħat se jsiru fl-10am, fil-Pjazza tal-Mosta, ħdejn il-parking area.
  1. IL-ĦADD (15) Patri Alex Zammit tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Radd il-ħajr lil Alla, fil-Knisja Arċipretali fil-5:30pm. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IT-TNEJN (16) Se ssir quddiesa fuq l-artal tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija, Fil-11.00am jibda r-Rużarju u wara quddiesa. Kulħadd mistieden jattendi.
  1. L-ERBGĦA (18) Fid-9:00a.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. L-ERBGĦA (18) Il-Komunita Familja Nazaret se torganizza quddiesa b’talb għall-fejqan minn Fr David Borg, ezorċista,  fiċ-Ċentru ta’ Sant Andrija, fis-7.30pm.
  1. IL-ĦAMIS (19) Il-Leġjun ta’ Marija ser jorganizza Irtir ta’ nofs ta’ nhar fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu, mid-9.00am – 12.30pm bil-Quddiesa. Imexxi Thomas Calleja OFM Konventwali.
  1. IL-ĦAMIS (19) Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet reliġjużi tal-parroċċa u wara ssir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
  1. IL-ĠIMGĦA (20) fl-4:00p.m. Adorazzjoni fil-Kor tal-Knisja Arċipretali, organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Tereza.
  1. IL-ĦADD (22) Fil-Katidral tal-Imdina, Mons Arċisqof se jordna djakni ġodda, fosthom lil Jean Gove’ mill-parroċċa tagħna. L-Ordinazzjoni se tibda fid-9:00a.m. Kulħadd huwa mistieden.
  1. Dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom twieldu fis-sena 2015 jistgħu jiktbu t-tfal tagħhom fil-Kinder Annexe tal-Iskola Primarja tal-Mosta. Il-ġenituri għandhom jiġu t-tnejn  u jġibu magħhom il-karta tal-identità sabiex juru li joqogħdu l-Mosta.
  1. Nitolbu għal Victoria Fenech, Yvonne Zerafa, Agnes Galea u Nazzareno Chetcuti li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej…..

Leave a Reply