1. IL-ĦADD (16) Niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Rxoxt. Fid-8:45am. il-Ministri Straordinarji tat-tqarbin joħorġu jqarbnu lill-morda fi djarhom. Fid-9:30am issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, li joffru figolla għal persuni fil-bżonn. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-figolli, fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali. Għal din il-quddiesa se jkun hemm postijiet riservati għall-persuni b’diżabilita. Filgħaxija, fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata tal-Għid il-Kbir u fis-6:30p.m. tibda d-demostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Il-Festa tagħlaq bil-barka Sagramentali.
  1. IT-TNEJN (17) jibda t-tberik tal-familji. Hija okkażżjoni li s-saċerdot jitlob flimkien mal-membri tal-familja waqt li jwassal l-barka u l-paċi ta’ Kristu Rxoxt, it-tberik jibda fl-4:00pm. Mitluba ssegwu l-fuljett li tqassam fi djarkom jew minn fuq il-Website tal-Parroċċa. Min jixtieq jagħti donazzjoni jista juża l-envelope li tqassam fi djarkom u jagħżel għal-liema proġett jixtieq li tmur. Navżaw li matul iż-żmien tat-tberik il-funerali fil-parroċċa jsiru filgħodu biss.
  1. IT-TNEJN (17) Fiċ-ċentru Pastorali Sant’ Andrija se jibda l-kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-żwieġ għal dawk l-għarajjes li applikaw. Jibda fis-7:15p.m. Infakkru li l-kors ta’ Kana jsir daqs sentejn jew tlieta qabel iż-żwieġ.
  1. IL-ĦADD (23) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-Knisja Arċipretali, ssir siegħa Adorazzjoni li tibda fl-4:00pm. Il-Quddiesa tal-5:30p.m. se jmexxija Dun Gwann Sammut, bħala radd il-ħajr lil Alla f’egħluq il-50 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali.
  1. Minn nhar it-Tnejn li ġej is-sorijiet tal-Karita se jħallu lil komunita parrokkjali tagħna u se jmorru f’kunvent ieħor. Nirringrazzjawhom tas-servizz li taw fil-parroċċa tagħna.
  1. L-Arċipriet, s-saċerdoti u l-Kunsill Pastorali Parrokjali jawguraw lilkom ilkoll l-Għid it-tajjeb.
  1. Nitolbu għal Joe Borg li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply