1. Il-ĦADD (16) Fl-4pm ikun hawn quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
  1. Il-ĦADD (16) fil-Bidnija tiġi ċċelebrata l-Festa tas-Sagra Familja. Fis-6:30p.m. issir quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni.
  1. Infakkru li kull nhar ta’ Ħamis l-quddiesa tat-8:30am qed tkun bis-sehem tat-tfal. Inħeġġu lil ġenituri biex iġibu lit-tfal għal din il-quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (20) Issir il-Festa ta’ Santa Margerita. Fis-7:00p.m. se ssir Quddiesa, fil-kappella l-Antika ta’ Santa Margerita.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) Fl-okkażżjoni taċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieh Santa Marija, se tiġi organizzata Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata. Id-dettalji kollha jinsabu fin-nota li qiegħda titqassam mal-envelope tal-festa. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.
  1. Il-Ġabra speċjali li saret fl-ewwel weekend tax-xahar b’risq ir-restawr tal-portiku kienet ta’ €2,616 u l-ġabra li saret fil-weekend li għadda b’risq il-festa ta’ Santa Marija kienet ta’ €2,808. Grazzi.
  2. Għadu kif ġie rrestawrat il-kwadru tad-Duluri li hemm fis-sagristija. Dan qiegħed fil-kappellun ta’ San Ġużepp għal min jixtieq jarah. Dan il-proġett ġie jiswa €5,800 u tħallas minn benefattur. F’isimkom nixtieq nirringrazzjawh.
  3. Nitolbu għal Carmel Mallia, Dorselle Mifsud, Adeodata Saliba, Anthony Caruana li għaddew għal ħajja ta’ dejjem . Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply