1. IT-TNEJN (18) fis-7.30pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-okkażżjoni ta’ jum il-missier.
  1. IT-TLIETA (19) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax Et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IT-TLIETA (19) L-Azzjoni Kattloika Nisa se torganizza laqgħa ta’ talb għall-Missirijiet ħajjin u mejtin, fl-fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9.30am. Tibda bil-quddiesa.
  1. IT-TLIETA (19) Se ssir laqgħa għall-Katekisti kollha tal-parroċċa fiċ-Ċentru ta’ Ta’ Mlit, fis-7pm.
  1. L-ERBGĦA (20) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10am.
  1. L-ERBGĦA (20) Laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’ Anton Abbati. Tibda fl-4.30pm b’quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (21) Il-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Knisja Arċipretali se tkun animata għat-tfal. Dan se jsir kull nhar ta’ Ħamis, matul iż-żmien tas-Sajf kollu. Inħeġġu lill-ġenituri biex iġibu lill-uliedhom għal din il-Quddiesa. Minħabba f’hekk l-Adorazzjoni li s-soltu ssir kull nhar ta’ Ħamis fil-Knisja Arċipretali, għaż-żmien tas-Sajf se tibda ssir il-Ġimgħa.
  1. Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju se tiġi organizzata Sport Day tal-Festa, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. It-Tfal kollha tal-parroċċa huma mħeġġa biex jieħdu sehem.
  1. Biex il-barranin insara jintegraw aktar fil-ħajja tal-parroċċa, l-quddiesa tas-7:00p.m. li ssir kull nhar ta’ Ħadd fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, se tibda ssir bl-ingliż mill-Ħadd 1 ta’ Lulju 2018. – From Sunday 1st July the 7pm mass at the Sacred Heart Oratory is going to start to be in English. The non Maltese speaking are very welcome for this weekly mass.
  1. Il-grupp ta’ Voluntiera mill-parroċċa tagħna li se jagħmlu esperjenza fir-Rumanija, se jorganizzaw ikla, biex jiġbru fondi għal din il-missjoni. Din l-attivita se ssir il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju, f’Restaurant Bugibba. Dettalji minn fuq in-noticeboards.
  1. Kif wieħed jista jara, fil-Knisja għaddejjin diversi xogħlijiet. Tpoġġa f’postu l-Battisterju, biex jibda jintuża fiċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija, sar u se jkompli jsir xogħol fuq l-art tal-presbiterju, ix-xogħol fuq l-artal mejda, s-sedja u l-ambone miexi b’rittmu tajjeb ħafna, inbidel s-saqaf tat-tarag tas-sagristija, qed isir il-ħadid tar-rampa taz-zuntier u qed jiġi finalizzat ix-xogħol fil-Portiku tal-Knisja. Bla dubju dan kollu jfisser spejjeż kbar. Wara kull quddiesa tal-weekend li ġej se jkun hawn voluntiera apposta biex jilqgħu d-donazzjonijiet tagħkom. Min jixtieq jista jagħti d-donazzjoni tiegħu lil xi ħadd mill-kleru jew fil-kaxxa apposta li hemm ħdejn il-bieb prinċipali tal-Knisja. Grazzi bil-quddiem tad-donazzjonijiet ġenerużi tagħkom.
  1. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier nixtiequ lill-missirijiet kollha l-festa t-tajba. Ngħaqqdu x-xewqat tagħna ma’ talba għall-missirijiet ħajjin. Sliem għalik Marija… Nitolbu għall-missirijiet mejtin u għal Albert Ghio, Gaetano Abela, Tony Vella u Vince Deguara li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply