1. IS-SIBT (17) Wara l-Quddiesa tas-6:30p.m. se ssir Adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali sad-9:30p.m.
  1. IL-ĦADD (18) Niċċelebraw il-festa ta’ Corpus. Wara l-Quddiesa tat-8am isir it-tqarbin tal-morda. Filgħaxija wara l-Quddiesa tal-5:30p.m. toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina.
  1. IT-TNEJN (19) fis-7.30pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-okkażżjoni ta’ jum il-missier.
  1. IT-TLIETA (20) Il-quddiesa tat-8:30am tkun bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina li jattendu l-iskola primarja A.
  1. IT-TLIETA (20) L-Azzjoni Kattloika Nisa se torganizza laqgħa ta’ talb għall-Missirijiet ħajjin u mejtin, fl-fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9.30am. Tibda bil-quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (21) Se ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’ Anton Abbati. Tibda fl-4.30pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (23) Issir il-festa tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-6:00p.m. quddiesa bil-kant u bil-priedka u wara, ftit ħin ta’ Adorazzjoni fl-istess oratorju.
  1. IL-ĠIMGĦA (23) Fl-4:00p.m. se ssir Quddiesa tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu, fil-kappella tal-Pax et Bonum.
  1. IS-SIBT (24) ser issir Katina ta’ Rużarju, quddiem Ġesu Sagramentat, fil-Knisja Arċipretali, mid-9:00a.m. sal-5:0opm.
  1. IL-ĦADD (25) Niċċċelebraw s-Solennita tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu. Wara l-quddiesa tat-8a.m. isir it-tqarbin tal-morda. Fl-4:00p.m. fil-knisja Arċipretali ssir Adorazzjoni fis-skiet u fil-5:00p.m. tingħad it-talba tal-Għasar. Fil-5:30p.m. Quddiesa Konċelebrata. Wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament li tgħaddi mit-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, San Gwann, Grognet, Torri, Glormu Cassar, Anġlu Gatt, Kungress Ewkaristiku u Pjazza Rotunda.
  1. Qed naċċettaw il-booking għaż-żewġ giti li se jsiru b’risq ir-restawr tal-portiku. L-Ewwel ġita se tkun għal Lourdes mit-18 sal-24 ta’ Awwissu u l-oħra għal San Giovanni Rotondo għal-festa ta’ San Pio. Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier nixtiequ lill-missirijiet kollha l-festa t-tajba. Ngħaqqdu x-xewqat tagħna ma’ talba għall-missirijiet ħajjin..Sliem għalik Marija… Nitolbu għall-missirijiet mejtin u għal Francesco Tonna li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply