1. IL-ĦADD (18) Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni fis-2.30pm u fis-6:00p.m.
  1. IT-TNEJN (19) Festa ta’ San Ġużepp. Il-ħin tal-Quddies, fil-Knisja Arċipretali ikun bħal ta’ matul il-Ġimgħa u tiżdied quddiesa oħra fl-10am.
  1. IT-TNEJN (19) Se jsir pelleġrinaġġ mill-Mellieħa sal-Mosta bil-mixi. Għal min irid se jiġi organizzat trasport mill-Mosta għal Mellieħa. Fid-9:30a.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, u wara nitilqu bil-mixi għal Mosta. Fil-mixja tagħna se nieqfu fil-Knisja tal-Manikata għal mument żgħir ta’ talb u ħin għal ikel u nerġgħu nagħmlu waqfa oħra fil-Knisja taż-Żebbiegħ. Min jeħtieġ trasport irid jibbukja wara l-Quddiesa.
  1. MIT-TNEJN (19) sal-Ħamis se jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Knisja Arċipretali fis-7.00pm. minn Dun Gorg Dalli.
  1. IT-TLIETA (20) Se ssir Adorazzjoni tas-Salib fl-Oratorju Marija Immakulata fis-9:30am organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa.
  1. L-ERBGĦA (21) Se ssir l-laqgħa għat-Terzjarji tal-Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’Anton Abbati fl-30pm.
  1. IL-ĦAMIS (22) fil-Knisja Arċipretali, ikun hemm il-qrar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00p.m. bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa.
  1. IL-ĠIMGĦA (23) nagħmlu t-tifkira tad-Duluri. Filgħodu minbarra l-Quddies tas-soltu, fis-7:00am. issir quddiesa fil-kappella ddedikata lid-Duluri fi Triq it-Torri. Filgħaxija fil-knisja Arċipretali ssir Quddiesa fil-5:30p.m. u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Adolorata. Wara l-purċissjoni ssir Quddiesa oħra. Mill-4:30pm. l-quddiem fil-knisja Arċipretali ikun hemm il-qrar.
  1. IL-ĠIMGĦA (23) Se ssir siegħa Adorazzjoni fl-10.00am fic-Centru Sant’Andrija, animata mis-Superjur Joe Fenech.
  1. Mill-ĠIMGĦA (23), jum id-Duluri, sal-Ġimgħa l-Kbira issir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Fil-Knisja ikun hawn kaxxa li fiha nistgħu inpoġġu l-offerti tagħna għas-segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-A.K. B’dawn l-offerti jiġu mgħejjuna persuni u familji fil-bżonn matul is-sena kollha.
  1. IL-ĦADD (25) Ħadd il-Palm. Fid-9:00am. tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm mill-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza li tkompli b’purċissjoni lejn il-Knisja Arċipretali u fid-9.30am. tibda l-qudddiesa.
  1. IT-TLIETA 28 ta’ Marzu se ssir Qudddiesa fil-knisja Arċipretali fid-9:30a.m., li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda. Kull min jixtieq trasport għandu jċempel l-uffiċċju parrokjali sa nhar is-Sibt.
  1. Il-Ġbir li jsir fil-quddies tal-Ħadd li ġej ikun b’risq il-prokura tal-Ġimgħa l-kbira.
  1. Nitolbu għal Shirley Crossey, Angela Schembri, Mario Cacciatolo u Karen Seychell li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply