1. IL-ĦADD (2) Fl-4:00p.m., fil-knisja Arċipretali, ssir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija.
  1. IT-TNEJN (3) fis-7.30pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju.
  1. L-ERBGĦA (5) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se ssir b’sufraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fl-aħħar tlett xhur.
  1. IL-ĦAMIS l-quddiesa tat-8:30am se tibda tkun bis-sehem tat-tfal. Għalhekk kull nhar ta’ Ħamis waqt il-quddiesa tat-8:30a.m. mhux se jsiru funerali, fiż-żmien tas-sajf.
  1. IL-ĦAMIS (6) Ikun hawn il-Qrar bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-qrar ikun bejn id-9:00 u l-11am u bejn l-4:30 u s-6p.m.
  1. IL-ĦAMIS (6) Se jsir Bar be Que, minn grupp ta’ voluntiera li se jagħmlu esperjenza missjunarja fl-Albanija. Aktar dettalji minn fuq in-notice boards.
  1. IL-ĠIMGĦA (7) Se ssir l-Isports Rally tal-Festa, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fil-5:30p.m. Dawk l-istudenti minn Year 1 sa Form 3 li jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba li jkunu l-Oratorju fil-5:15p.m.
  1. IS-SIBT (8) Se issir l-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja Villambrosa, Ħamrun. Tibda fid-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m. Ikun hawn trasport mil-pjazza.
  1. IL-ĦADD (9) Ser ssir Festa Familja, fuq iz-zuntier tal-knisja Arċipretali, li tibda bil-quddiesa tal-5:30pm. Matul din il-lejla se jkun hemm programm ta’ varjeta li fost l-oħrajn ser jieħdu sehem il-Kor Shalom u diversi talent Mosti. Se jkun hemm stands ta’ ikel u xorb. L-għan ta’ din l-attivita hu li tgħaqqad l-familji flimkien u fl-istess ħin ngħinu ir-restawr tal-portiku.
  1. Fl-okkażżjoni taċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieh Santa Marija, il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju se tiġi organizzat Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata. Id-dettalji kollha jinsabu fl-insert tal-Fuljett Flimkien. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali b’risq il-festa ta’ Santa Marija.
  1. Nitolbu għal Marija Vella li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply