1. IT-TLIETA (22) Se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita, fil-kappella ta’ San Silvestru, fis-6p.m. jingħad ir-Rużarju u wara jkun hemm Quddiesa bil-kant u bil-prietka.
  1. L-ERBGĦA (23) Se tiġi organizzata Ħarġa għall-Anzjani f’M’Xlokk. Din l-attivita tinkludi Quddiesa u Ikla. Booking sa nhar it-Tnejn.
  1. L-ERBGĦA (23) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĦAMIS (24) Il-Kummissjoni Emumenika Djoċesana se jorganizzaw Servizz Ekumeniku fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Pentekoste. Dan se jsir fil-Knisja tat-Trinita, tas-Sliema, fis-6:30pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (25) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10am.
  1. IL-ĠIMGĦA (25) Bi preparazzjoni għall-preċett, fil-Knisja Arċipretali, se jkun hawn il-qrar mill-5.00pm sas-7.00pm u jkompli s-SIBT (26) mis-6.00am sal-11.00am.
  1. Fil-Weekend li ġej numru ta’ tfal fil-parroċċa tagħna se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Is-Sibt (26) fis-6:30p.m. fil-Knisja Arċipretali, se jkollna l-ewwel grupp ta’ tfal. Il-Ħadd (27) se ssir Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Ta’ Mlit, fil-11:30am waqt li fis-6:00p.m. fil-Knisja Arċipretali se jkun hawn grupp ieħor ta’ tfal li se jirċievu dan is-sagrament. Minħabba f’hekk il-Quddies tas-Sibt tas-6:30p.m. u tal-Ħadd fil-5:30p.m. se jsiru fil-Katekumenju ta’ ħdejn il-Knisja.
  1. L-ERBGĦA 6 TA’ ĠUNJU, wara nofsinhar se jsir pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Kull min jixtieq aktar dettalji jista jieħu programm minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
  1. Il-Ħamis 7 ta’ Ġunju bejn id-9am u 12pm, numru ta’ karozzi antiki, membri tal-Old Motors Club, sejrin ikunu fil-parking area ta’ ħdejn il-knisja Arċipretali. Il-pubbliku jkun jista jgawdi dawn il-karozzi, jieħu ritratt magħhom u jmur dawra fuq xi wħud minnhom billi jagħti donazzjoni li tmur fil-fondi tar-restawr tal-Portiku tal-Knisja.
  1. Nitolbu għal Margaret Bonavia, Mary Spiteri, Evelyn Bonello u France Debono li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej……

Leave a Reply