1. IL-ĦADD (21) issir il-festa ta’ San Anton Abbati fil-kappella tiegħu. Fl-10am isir it-tberik ta’ l-annimali u fil-5:30pm ikun hemm Quddiesa.
  1. IL-ĦADD (21) Fl-4p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
  1. IT-TLIETA (23) Se ssir Adorazzjoni l-Pax et Bonum, fid-9:30am.
  1. IL-ĦAMIS (25) Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl. Tintemm il-Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara.
  1. IL-ĦAMIS (25) Se ssir Ħarġa għall-Anzjani fl-Imdina, li tibda bil-quddiesa u wara ikla fis-Seminarju. Tluq mill-pjazza tal-Mosta fid-9:00a.m. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. IL-ĠIMGĦA (26) Se ssir Adorazzjoni fiċ-ċentru Sant Andrija, fl-10am.
  1. Nitolbu għal Susanna Galea li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply