1. IL-ĦADD (23) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-Knisja Arċipretali, ssir siegħa Adorazzjoni li tibda fl-4:00pm. Il-Quddiesa tal-5:30p.m. se jmexxija Dun Gwann Sammut, bħala radd il-ħajr lil Alla f’egħluq il-50 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali.
  1. IT-TNEJN (24) Se jibda Bazaar, fis-Sala Papa Wojtyla fil-Mosta, fi Triq Kurat Calleja, quddiem il-knisja sal-Ġimgħa, l-28 ta’ April, mit-8.30a.m. sal-30a.m. u mill-4.30p.m. sas-6.00p.m. Dan se jsir b’risq ir-restawr tal-Portiku.
  1. IT-TLIETA (25) Ser issir Adorazzjoni fil-kappella Pax et Bonum fid-9.30am.
  1. IT-TLIETA (25) Se ssir laqgħa mill-Vigarju Ġenerali Fr Joe Galea Curmi, fil-qasam tal-Museum tas-Subien fis-7:00p.m. dwar id-dokument Amoris Laetitia. Kulħadd huwa mistieden.
  1. L-ERBGĦA (26) Se ssir laqgħa ta’ evalwazzjoni tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù, fis-7:30p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (28) Se ssir Adorazzjoni fic-Centru Sant Andrija fil-10.00am.
  1. Il-Parroċċa se torganizza Ġita għal Lourdes mit-18 sal-24 ta’ Awwissu u Ġita oħra għal festa ta’ San Piju mill-21 sal-25 ta’ Settembru. Aktar dettalji mill-Uffiċċju Parrokkjali. Infakkru ukoll fil-Ġurnata Sqallija li se tiġi organizzata fis-7 ta’ Ġunju. Dawn il-Ġiti se jsir b’risq ir-restawr tal-Portiku.
  1. Nitolbu għal Josephine Muscat, Poalo Bartolo, Maria Gatt, Carmel Buhagiar u Filomena Sciriha li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply