1. IL-ĦADD (24) Lejliet il-Milied:
  • Fil-5:30p.m. Quddies tal-Vġili tal-Milied fil-knisja Arċipretali.
  • Fis-6:00p.m. tibda l-purċissjoni tal-Bambin li toħroġ mill-Museum tas-Subien u tidħol l-Knisja Arċipretali fejn isir programm qasir mit-tfal.
  • FIl-10:45p.m. tibda l-velja tal-Milied b’innijiet, feature u l-prietka tat-tifel u f’nofs il-lejl tibda quddiesa solenni tal-Milied.

 

  1. IT-TNEJN (25) Jum il-Milied. Bħala nsara aħna fid-dmir li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddies. L-Ewwel Quddiesa tkun fis-7:00a.m. Wara l-Quddiesa tat-8am il-ministri straordinarji tat-tqarbin jqarbnu lil morda fi djarhom.

 

  1. IL-ĦAMIS (28) Se laqgħa għall-anzjani tal-parroċċa, fis-Sala Papa Wojtyla ta’ l-Oratorju Marija Immakulata. Tibda fid-9:30am. b’quddiesa, ssir il-priedka tat-tifel u wara jsir festin flimkien.

 

  1. Mill-ĦAMIS (28) SAL-ĦADD (31) isiru l-Kwaranturi – 40 siegħa ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat fi tmiem is-sena. Jibdew wara l-Quddiesa tat-8:30am sal-quddies tas-6.30pm li fiha se ssir t-talba ta’ l-għasar. Inħeġġu lil kulħadd isib ftit ħin jadura lil Ġesu Ewkaristija.

 

  1. IL-ĠIMGĦA (29) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10.00am.

 

  1. IS-SIBT (30) U L-ĦADD (31) Issir il-festa ta’ San Silvestru, Papa, fil-Kappella ddedikata lilu fi Vjal Indipendenza. Fl-4.30pm ruzarju u fil-5.00pm Quddiesa kantata solenni. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

 

  1. IL-ĦADD (31) Festa tal-Familja Mqaddsa. Il-quddiesa tal-11a.m. tkun bis-sehem tal-Kummissjoni Familja. Il-Familji kollha mistiedna, b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul din is-sena. Filgħaxija, waqt il-quddies tal-5:30p.m. jitkanta t-Te Deum. Waqt l-offertorju jingħataw għotjiet ta’ flus biex jiġu megħjuna persuni u familji fil-bżonn, fil-parroċċa tagħna. Fil-11:30pm fil-kappella tal-Pax Et Bonum jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Sagramentat u f’nofs il-lejl tibda quddiesa. Mistiedna lkoll nieħdu sehem.

 

  1. IL-ĦADD (31) se jiġi organizzat Festin tal-aħħar tas-Sena, fis-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, mit-8:30p.m. l-quddiem. Aktar dettalji minn fuq in-notice boards.

 

  1. Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018, se ssir Mixja u Ġirja biex jinġabru fondi għall-ispejjeż tar-restawr tal-Portiku tal-knisja. Niltaqgħu fl-10am fil-pjazza tal-Mosta minn fejn nibdew il-mixja. Kull min jixtieq jieħu sehem għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali. It-tfal ingħataw karta mqassma f’kaxxi biex jiġbru donazzjoni.

 

  1. Se jiġi organizzat Kors ta’ Kana bl-ingliż f’Jannar u Frar tas-sena d-dieħla. Aktar dettalji jinsabu fuq in-notice board.

 

  1. Infakkru li min jixtieq joffri oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn jista’ jagħmel dan matul din il-ġimgħa.

 

  1. Nitolbu għal Joseph Dimech, Evangelista Barbara u Imelda Calleja li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

 

  1. L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw lil kulħadd il-Milied t-tajjeb.

Leave a Reply