1. IL-ĦADD (25) ĦADD IL-PALM. Fid-9am tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm fuq iz-zuntier tal-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza minn fejn tibda purċissjoni sal-Knisja Arċipretali fejn issir il-quddiesa solenni. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq l-Isperanza, Kbira għal Knisja Arċipretali.
  1. IT-TNEJN (26), IT-TLIETA (27) U L-ERBGĦA (28) Tlett ijiem ta’ tħejjija. Fis-6pm isir it-Talb tal-Via Sagra u fis-6:30p.m. Quddiesa kantata fil-knisja Arċipretali.
  1. IT-TNEJN (26) Bi tħejjija għall-Ġimgħa l-Kbira se ssir Ċelebrazzjoni għat-tfal kollha tal-parroċċa. Tibda fil-5pm b’purċissjoni, mill-Oratorju Qalb ta’ Ġesu u titkompla fil-Knisja Arċipretali.
  1. IT-TLIETA (27) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9.00am, animata mis-Superjur Joe Fenech.
  1. L-ERBGĦA (28) se ssir Quddiesa fil-knisja Arċipretali fid-9:30a.m., li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda.
  1. L-ERBGĦA (28) Fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn l-qrar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6p.m.
  1. L-ERBGĦA (28) Se ssir Via Sagra Djoċesana. Tibda fis-7:30p.m. mill-istatwa ta’ Kristu Re l-Furjana sal-Kon Katidral ta’ San Gwann il-Belt. Kulħadd huwa mħeġġeġ jieħu sehem.
  1. IL-ĦAMIS (29) – ĦAMIS IX-XIRKA: Fit-8a.m. jingħad t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-kor tal-Knisja Arċipretali. Fid-9:00a.m. tibda l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Matul din il-quddiesa jiġu mbierka ż-żjut Imqaddsa. Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, il-Ħamis ma jkunx hawn quddies fil-parroċċa. Fil-Knisja Arċipretali fl-4.30pm issir quddiesa bis-sehem tat-tfal u fis-6:30p.m. Konċelebrazzjoni Solenni b’Tifkira tal-Aħħar Ikla tal-Mulej. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir it-trasport ta’ Ġesù Sagramentat għall-Altar tar-Ripożiżżjoni. Fit-8:30p.m. u fid-9:30p.m. isiru l-vizti u fil-11pm sahra ta’ Talb u Adorazzjoni. Tkun ħaġa sabiħa li l-altar tar-ripożiżżjoni jiżżejjen bis-sehem tagħna lkoll. Min jixtieq, jista jġib fjuri bojod sa nhar it-Tlieta filgħodu.
  1. IL-ĠIMGĦA (30) – IL-ĠIMGĦA L-KBIRA: Huwa jum ta’ Sawm u Astinenza. Fit-8a.m. jingħad t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-Knisja Arċipretali. Fit-8:45am  il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iqarbnu l-morda fi djarhom. Fit-3pm tibda l-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li fiha ssir l-Adorazzjoni tas-Salib u fil-5:30pm tibda ħierġa l-purċissjoni.
  1. IS-SIBT (31) – SIBT IL-GĦID: Fit-8a.m. jingħad t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-Katekumenju. Fit-8:00p.m. tibda l-Velja tal-Għid, li fiha jsir t-tberik tan-nar l-ġdid, qari tal-istorja tas-Salvazzjoni, tberik tal-ilma u magħmudija.
  1. IL-ĦADD (1) – L-GĦID IL-KBIR: Fid-9:30am Quddiesa għat-tfal tal-parroċċa u wara, fuq iz-zuntier tal-knisja jsir it-tberik tal-Figolli. Fil-quddiesa tal-11am jiġi amministrat s-sagrament tal-Magħmudija. Wara l-quddiesa tal-5:30p.m. issir l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.
  1. Matul din il-ġimgħa ssir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Fil-Knisja hawn kaxxa li fiha nistgħu inpoġġu l-offerti tagħna għas-segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-A.K. B’dawn l-offerti jiġu mgħejjuna persuni u familji fil-bżonn matul is-sena kollha.
  1. Se jsir kors għall-miżżewġin li jibda nhar is-Sibt 7 ta’ April fis-7.30pm. Il-kors jikkonsisti minn 7 sessjonijiet, li jinkludu: taħdita minn koppja professjonali (fuq DVD) bl-Ingliż, konverżazzjoni bejn il-koppja b’eżerċizzji gwidati, waqt ikla sempliċi, f’ambjent kwiet li wieħed jista’ jitkellem u jirrifletti. Applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Il-Ministri tal-Liturġija kollha, inkluż dawk li s-soltu jirċievu l-email, huma mitluba jiġbru korrispondenza għalihom mis-sagristija.

Leave a Reply