1. IL-ĦADD (27) fis-6:00p.m. ikollna t-tieni grupp ta’ tfal li se jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-5:30p.m. se ssir fil-katekumenju.
  1. Minn nhar it-TNEJN (28) sa nhar il-ĠIMGĦA (1) il-quddies ta’ filgħodu li is-soltu jsir fil-Knisja Arċipretali se jsir fil-katekumenju, ta wara l-knisja, minħabba li se jsir xogħol fuq l-art tal-presbiterju.
  1. IT-TLIETA (29) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IL-ĦAMIS (31) fil-Knisja Arċipretali, ikun hemm il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĠIMGĦA (1) se ssir laqgħa għal dawk li se jkun parrini tal-Addoloxenti li se jersqu għall-Griżma tal-Isqof li se ssir f’Ottubru li ġej. Il-Laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesú, fis-7:00p.m.
  1. NHAR IL-ĦADD (3), Fl-4:00p.m, fil-knisja Arċipretali, se ssir Quddiesa bis-sagrament tal-Magħmudija, fl-4:00p.m.
  1. Fil-weekend li ġej niċċelebraw l-festa ta’ Corpus Christi: il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesu, kif ukoll tingħata bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika: IL-ĦADD (3) Wara l-Quddiesa tat-8am isir it-tqarbin tal-morda. Filgħaxija wara l-Quddiesa tal-5:30p.m. toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina, fratelli u Kleru. Il-purċissjoni se tgħaddi mit-toroq: Pjazza Rotunda, Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Nerik Mizzi, Salvu Zahra, Speranza, Kbira għall-Pjazza Rotunda. Fi Pjazza Nerik Mizzi se nieqfu mill-purċissjoni u jsir mument ta’ Talb. Fi tmiem il-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali fil-Knisja Arċipretali.
  1. Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitluba jiġbru r-roster tax-xahar ta’ Ġunju mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra tal-Ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  1. L-Arċipriet u l-Kleru jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li laqgħuhom fi djarhom fi żmien tat-tberik. Min għal xi raġuni jew oħra ma berikx u jixtieq ibierek jista jħalli nota fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Salvu Camilleri, Fr Aurthur Vella u Mario Camilleri li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej…..

Leave a Reply