1. IL-ĦADD (28) Fl-4:00p.m., fil-Knisja Arċipretali, issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
  1. IL-ĦAMIS (1) fil-Knisja Arċipretali, ikun hemm il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĠIMGĦA (2) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li għandhom uliedhom minn year 3 sa Form 1. Il-Laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesú, fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (3) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Knisja Arċipretali, l-Addoloxxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof, jagħmlu t-talba formali biex jirċievu dan is-sagrament.
  1. L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed torganizza kunċert mill-Kor tal-Kappella Pontificja Sistina, il-kor tal-Papa. Il-kunċert ta’ mużika sagra ‘Exsultate Deo’ ser isir nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Ġunju 2017, fis-7:30pm, fil-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta. Il-biljetti jinkisbu online minnteatrumanoel.com.mt
  1. Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitluba jiġbru r-roster tax-xahar ta’ Ġunju mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra tal-Ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

Leave a Reply