1. IL-ĦADD (29) Se ssir FIERA, fl-Oratorju Marija Immakulata.
  1. Se nagħtu bidu għax-xahar ta’ Mejju. Xahar ddedikat lill-Madonna. Inħeġġu li b’mod speċjali f’dan ix-xahar jintalab ir-rużarju kuljum. Fil-Knisja Arċipretali isir kuljum wara l-quddiesa tas-7a.m. u fis-6pm. Matul ix-xahar ta’ Mejju l-Leġjun ta’ Marija se jorganizza Rużarju fil-beraħ kull nhar ta’ Erbgħa, ħdejn il-kappella tal-Madonna tal-Isperanza u kull nhar ta’ Ġimgħa ħdejn il-kappella ta’ San Anton Abbati, fis-7.00pm.
  1. IT-TLIETA (1) Se jsir Seminar għal dawk kollha li jagħtu s-servizz tagħhom fil-parroċċa. It-trasport se jitlaq fit-8:15a.m. miz-zoni u mill-pjazza. Aktar dettalji mis-sagristija.
  1. IT-TLIETA (1) Se ssir il-Festa ta’ San Ġużepp. Wara l-quddiesa tas-6:30p.m. ssir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp li tgħaddi minn dawn it-toroq: Kbira, Stivala, Pjazza Mons Anġ Camilleri, Ġużeppi Callus u Kungress Ewkaristiku għal Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĦAMIS (3) fil-Knisja Arċipretali, ikun hemm il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, minn konfessur minn barra l-parroċċa.
  1. IL-ĠIMGĦA (4) Se ssir laqgħa għal ġenituri li uliedhom qiegħdin mit-2 sal-5 sena Kateketika. Il-laqgħa se tkun fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7p.m.
  1. IL-ĦADD (6) Se jsir Seminar għat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina, flimkien mal-ġenituri tagħhom, fis-sala tal-iskola Sekondarja taz-Zokrija, bejn id-9am u nofsinhar. Aktar dettalji miċ-ċentri tad-Duttrina.
  1. Kull min jagħti servizz fil-liturġija, huwa mitlub jidħol fis-Sagristija biex jiġbor ir-roster.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  1. Se jitqassam il-fuljett Flimkien tax-xahar ta’ Mejju, fil-paġni tan-nofs insibu l-programm tal-parroċċa, l-programm tat-tberik flimkien ma nformazzjoni oħra.
  1. Nitolbu għal Lina Azzopardi u Mark Cassar li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej…..

Leave a Reply