1. IL-ĦADD (3) Niċċelebraw il-festa ta’ Corpus. Filgħaxija wara l-Quddiesa tal-5:30p.m. toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Tibda l-ġimgħa Ewkaristika li se titqassam b’dan il-mod:
  • It-Tnejn jum ta’ Adorazzjoni fil-kappella ta’ Santa Margerita
  • It-Tlieta jum ta’ Adorazzjoni fil-kappella taċ-Ċentru Sant Andrija
  • L-Erbgħa jum ta’ Adorazzjoni fil-Knisja Marija Omm il-Knisja f’Ta’ Mlit
  • L-Ħamis fil-knisja Sagra Familja tal-Bidnija wara l-quddies.
  • Fil-Knisja Arċipretali, mit-Tnejn sal-Ħamis se ssir siegħa Adorazzjoni mill-5:30p.m. sas-6:30p.m.
  1. IT-TNEJN (4) fis-7.00pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju.
  1. L-ERBGĦA (6) Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. Tluq mill-pjazza tal-Mosta u miż-żoni fis-2:30pm. Qabel l-pellegrinaġġ ikun hemm l-ikel fix-Xlendi. Booking mill-uffiċċju parrokkjali sat-Tlieta.
  1. IL-ĦAMIS (7) Se tiġi organizzata Old Motors Show, mid-9am sa 12pm, fil-parking area ta’ ħdejn il-Knisja. Numru ta’ karozzi antiki ikunu għall-wiri. Min jixtieq jieħu ritratt jew jmur xi dawra jista’ jagħmel dan waqt li joffri donazzjoni li tmur għar-restawr tal-Portiku tal-Knisja.
  1. IL-ĦAMIS (7) F’għeluq il-75 sena mill-Mewt tal-Qaddej ta’ Alla Patri Avertan Fenech, il-karmelitani se jorganizzaw pellegrinaġġ f’postijiet marbuta mal-ħajja tiegħu.  Aktar dettalji jinsabu fuq in-noticeboard.
  1. IL-ĠIMGĦA (8) Niċċelebraw s-Solennita tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu. Fid-9:00a.m. tibda ġurnata Adorazzjoni, animata mill-membri tal-għaqdiet tal-parroċċa, fil-Knisja Arċipretali sal-quddies tas-6:30pm u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Ss.mu Sagrament li fiha jieħdu sehem it-tfal tal-praċett. Il-purċissjoni tgħaddi mit-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, Pont, Baskal Buhagiar, Biċċerin, Kbira, Stivala, Pjazza Dun Ang Camilleri, Ponsomby, Guzeppi Callus, Kungress Ewkaristiku u Pjazza Rotunda. Fi Pjazza Dun Ang Camilleri se ssir waqfa mill-purċissjoni għal mument ta’ Talb. Fi tmiem il-purċissjoni jsir it-tiġdid tal-konsagrazzjoni tal-Parroċċa lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. IS-SIBT (9) Festa tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija; ser issir Katina ta’ Rużarju, quddiem Ġesu Sagramentat, fil-Kor tal-Knisja Arċipretali, mid-9:00a.m. sal-5:0m. Din l-katina se titmexxa mill-Familji; dawk li huma nteressati li jmexxi ħames posti rużarju mitlub jiktbu isimihom fuq karta li hemm apposta ħdejn il-bieb ta’ barra.
  1. IS-SIBT (9) Se issir l-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja Marija Omm il-Knisja, f’Ta’ Mlit. Tibda fid-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m.
  1. IL-ĦADD (10) Issir il-festa tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-6.6.00pm ssir adorazzjoni u fis-7:00p.m. quddiesa bil-kantata. Wara jkun hemm ħin soċjali għal kulħadd.
  1. Qed jitqassam l-fuljett Flimkien tax-xahar ta’ Ġunju, fil-paġni tan-nofs insibu l-programm tal-parroċċa, l-programm tal-Ġimgħa Ewkaristika u l-Pjan Pastorali għal dawn it-tlett snin li ġejjin.
  1. Minħabba x-xogħol li qed isir fuq il-presbiterju, l-quddies ta’ filgħodu ta’ nhar it-Tnejn, t-Tlieta u l-Erbgħa se jerġa’ jsir fil-Katekumenju.
  1. Nitolbu għal Joseph Bonanno, Carmena Tanti, Alfred Gatt, Emanuel Camilleri, Philip Dowling li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej…..

Leave a Reply