1. IL-ĦADD (31) Festa tal-Familja Mqaddsa. Il-quddiesa tal-11a.m. tkun bis-sehem tal-Kummissjoni Familja. Il-Familji kollha mistiedna, b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul din is-sena. Filgħaxija, waqt il-quddies tal-5:30p.m. jitkanta t-Te Deum. Waqt l-offertorju jingħataw għotjiet ta’ flus biex jiġu megħjuna persuni u familji fil-bżonn, fil-parroċċa tagħna. Fil-11:30pm fil-kappella tal-Pax Et Bonum jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Sagramentat u f’nofs il-lejl tibda quddiesa. Mistiedna lkoll nieħdu sehem.
  1. IT-TNEJN (1) Qed ssir Open Day fid-Dar tal-Providenza. Kulħadd huwa mistieden jattendi u jagħti d-donazzjoni tiegħu. Min jixtieq jista jgħaddi d-donazzjoni tiegħu lil xi saċerdot.
  1. It-TLIETA (2) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Fl-4p.m. ikun hemm Rużarju u fl-4:30p.m. tibda l-Quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (3) Fis-6:30p.m. Quddiesa, fil-knisja Arċipretali, għal ruħ dawk li mietu fit-tlett xhur ta’ qabel.
  1. IL-ĦAMIS (4) Fil-Knisja Arċipretali ikun hawn il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (5) Ix-Xirka se torganizza l-festa tal-Isem ta’ Ġesu, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum.Tibda fis-6:00p.m. bil-Quddiesa u wara jkun hemm Adorazjoni.
  1. IS-SIBT (6) fil-Quddiesa tal-5:00p.m. u l-ĦADD (7) fil-Quddiesa tal-11:00a.m., fil-Knisja Arċipretali jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej se tiġi ċċelebrata t-Tnejn 8 ta’ Jannar.
  1. Min jixtieq jerfa f’xi vara tal-pellegrinaġġi tal-Kurċifiss, tar-Redentur u tad-Duluri kif ukoll tal-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt, għandu jiġbor l-applikazzjoni mill-uffiċċju Parrokkjali, nhar il-Ħadd (7) bejn l-10:30a.m. u l-11:30am.
  1. Qed jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-kors ta’ Kana li se jibda fid-9 ta’ April. Dan il-kors għandu jsir daqs sentejn qabel it-tieġ.
  1. Qed jitqassam fi djarkom Kalendarju bil-programm parrokkjali għas-sena d-dieħla, kif ukoll il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ Jannar.
  1. Dawk impenjati fil-liturġia mitluba jiġbru r-roster tax-xahar ta’ Jannar mis-sagristija.
  1. Fil-weekend li ġej issir il-ġabra speċjali b’risq il-parroċċa.
  1. Nitolbu għal Sarah Lee Borg, Anthony Borg, Anthony Grima u Joseph Borg, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……
  1. L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw lil kulħadd is-sena t-tajba.

Leave a Reply