1. IL-ĦADD (4) tkompli l-kitba taż-żimarri tal-Ġimgħa l-Kbira bejn it-8 u l-11am. It-tfal jiltaqgħu s-Sala ta’ fuq mis-sagristija tal-bomba.
  1. IT-TNEJN (5) Fl-4:00p.m. issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (6) Se jsir pellegrinagg Penitenzjali għall-Knisja tar-Redentur fl-Isla. Tluq ta’ trasport minn ħdejn il-kappellel taż-żoni u mil-pjazza fid-8.40am. Naslu lura f’12.0pm. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew miż-żoni sat-Tnejn filgħodu.
  1. L-ERBGĦA (7) se jkomplu l-laqgħat tar-Randan, bis-suġġett “Il-Penitenza” fl-Oratorju Marija Immakulata, minn Fr Jimmy Bonnici, fl-10am.
  1. IL-ĦAMIS (8) Se jsir Irtir għal Żmien ir-Randan bit-tema “Il-Maħfra”, organizzat mill-Kummissjoni Djakonija, fis-Seminarju tal-Virtu’, ir-Rabat. Imexxi Dun Roy Galdes. Booking mill-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tlieta.
  1. IS-SIBT (10) Se jsir Eżerċizzi għaż-żgħażagħ minn 16 -il sena ‘l-fuq fis-Sala tal-iskola Santa Monika, il-Mosta. Ħin bejn id-9:30a.m. u s-2:00p.m. Applikazzjoni minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-kpaz.
  1. IL-ĠIMGĦA (9) Festa tar-Redentur. Fil-Knisja Arċipretali jibda l-qrar mill-4:30p.m. Fil-5:30pm issir quddiesa bil-kant u bl-omelija u wara joħroġ pellegrinaġġ li jakkumpanja x-xbieha tar-Redentur. Matul il-pellegrinaġġ jingħad it-talb tal-Via Sagra. Issir quddiesa oħra wara l-pelleġrinaġġ.
  1. NHAR IL-ĦADD LI ĠEJ (11) Fl-4:m. se ssir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Knisja Arċipretali.
  1. It-Tnejn 19 ta’ Marzu, festa ta’ San Ġużepp, se jsir pelleġrinaġġ mill-Mellieħa sa hawn bil-mixi. Booking mill-uffiċċju parrokkjali. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboard.
  1. Is-Seminarista Jean Gove, mill-parroċċa tagħna, talab li jingħata l-ordni Sagru tad-Djakonat. Fuq in-notice board tal-knisja hemm t-tnidijiet.
  1. Nitolbu għal Colin Atkins, Rita Sammut, Rosina Galea u Josephine Farrugia li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply