1. IT-TNEJN (7) Se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fis-7:00p.m.
  1. IT-TLIETA (8) Hija l-Festa tal-Madonna ta’ Pompej, Fil-11:30am Quddiesa fil-Knisja Arċipretali u wara tingħad it-Talba supplika tal-Madonna.
  1. L-ERBGĦA (9) Festa ta’ San Ġorġ Preca, fil-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-knisja Arċipretali, jieħdu sehem il-membri tal-Museum.
  1. IL-ĠIMGĦA (11) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jersqu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħa se tkun fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7p.m.
  1. IS-SIBT (12) Se issir L-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja. Tibda fl-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m. Ikun hawn trasport mil-pjazza.
  1. NHAR IL-ĦADD (13) Se ssir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Knisja Arċipretali, fl-4:00p.m.
  1. Wieħed mill-gruppi li għandna fil-parroċċa hu l-grupp Santa Marta. Dan jikkonsisti minn persuni li kull nhar ta’ Ġimgħa jinġabru fil-Knisja Arċipretali biex inaddfu u jaħslu dan it-tempju. Min jixtieq jagħtihom daqqa t’id jista jiġi l-Ġimgħa fid-9am. Nieħdu l-okkażżjoni biex nirringrazzjawhom tal-ħidma siewja tagħhom.
  1. Il-Parroċċa tal-Mosta se torganizza ġurnata Sqallija, nhar il-Ħadd, l-24 ta’ Ġunju 2018. Matul dan il-jum ikollna ċans inżuru diversi postijiet ta’ interess. Bookings u aktar dettalji, jistgħu jinġabru mill-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa. Din l-attivita ssir biss jekk ikun hemm numru ta’ persuni biżżejjed.
  1. Nitolbu għal Maddalena Muscat u Noemi Ear li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej……

Leave a Reply