1. IL-ĦADD (8) Se ssir il-festa fil-Knisja ta’ Wejda, fi Triq it-Torri. Fit-8:30am. u fis-6:30p.m. se jsir Quddies tal-festa.
  1. IL-ĦADD (8) fl-4p.m. ikun hawn Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija.
  1. IT-TNEJN (9) Se ssir Quddiesa għat-tfal kollha li jattendu ċ-ċentri tad-Duttrina, tal-bidu tas-sena skolastika, fil-Knisja Arċipretali fil-5:00p.m.
  1. IT-TLIETA (10) L-Azzjoni Kattolika Nisa se torganizza taħdita minn Fr. Philip Cutajar OFM, dwar ix-xiehda ta’ konverżjoni ta’ Gloria Polo. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9.30 am. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IL-ĠIMGĦA (13) F’egħluq il-100 sena mill-aħħar dehra tal-Madonna f’Fatima, fil-knisja Arċipretali, fid-9:30a.m. se ssir Adorazzjoni u fil-11.00am tibda Quddiesa. Din l-attivita se tkun organizzata minn Radju Marija.
  1. IL-ĠIMGĦA (13) Se ssir Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-ewwel tqarbina, fis-7:00p.m. fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. IS-SIBT (14) Se jsir Seminar, għall-Addoloxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-konfermazzjoni, bejn l-4.30pm u s-7:30p.m., fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat.
  1. IS-SIBT (14) Imiss il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fis-Seminarju tal-Virtu, r-Rabat. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11pm. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. IL-ĦADD (15) Issir il-Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja.
  1. IL-ĦADD (15) Se jiġi organizzat Sunday Buffett Lunch b’risq ir-restawr tal-Portiku, f’lukanda il-Marfa. Din l-attivita se ssir nhar il-Ħadd li ġej u mhux kif avżat fl-insert tal-Fuljett Flimkien. Il-Booking se jibqa miftuħ sa nhar il-Ġimgħa.
  1. Navżaw li l-quddies fil-kappella tal-Bidnija qed isir fis-6:00p.m. flok fis-6:30p.m.
  1. Qed nergġħu niftħu l-programm ta’ STEPS, li huwa għall-żgħażagħ minn 18 sa 29 sena, fejn minn Jannar, għall-disgħa xhur, il-laqgħat isiru kull nhar ta’ Erbgħa u issir esperjenza ta’ volontarjat fix-xahar. Għal aktar informazzjoni żuru l-facebook page steps project malta.
  1. Il-Ġabra speċjali b’risq ir-restawr tal-portiku, li saret fil-weekend li għadda kienet ta’ €2,708. Grazzi.

Leave a Reply