1. IL-ĦADD (9) Ser ssir Festa Familja, fuq iz-zuntier tal-knisja Arċipretali, li tibda bil-quddiesa tal-5:30pm. Matul din il-lejla se jkun hemm programm ta’ varjeta li fost l-oħrajn ser jieħdu sehem il-Kor Shalom u diversi talent Mosti. Se jkun hemm stands ta’ ikel u xorb. L-għan ta’ din l-attivita hu li tgħaqqad l-familji flimkien u fl-istess ħin ngħinu l-parroċċa.
  1. IT-TNEJN (10) se ssir il-laqgħa għal dawk kollha li jqassmu l-programmi u l-fuljetti fid-djar, fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-7:00p.m. Min jagħti dan is-servizz huwa mħeġġeġ biex jattendi.
  1. L-ERBGĦA (12) Laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’ Anton Abbati. Tibda fl-4.30pm b’quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (12) Se ssir laqgħa tal-Lectio Divina, fuq il-vanġelju ta’ nhar il-Ħadd, fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-7:15p.m. minn Fr Justin Schembri O.P.
  1. Il-ĦADD (16) fil-Bidnija tiġi ċċelebrata l-Festa tas-Sagra Familja. Fis-6:30p.m. issir quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni.
  1. Infetħu l-applikazzjonijiet għall-kors ta’ Kana li se jibda fil-25 ta’ Settembru. Infakkru lil għarajjes li dan il-kors għandu jsir daqs sentejn qabel it-tieġ.
  1. Matul din il-ġimgħa qed jitqassam l-Appell tal-Festa li jinkludi r-rendikont tal-Festa tas-sena l-oħra u l-envelopes għall-offerta tagħkom għall-festa din is-sena. L-Envelopes se jinġabru mill-helpers tas-soltu. Imħeġġin biex nkunu ġenerużi.
  1. Fl-okkażżjoni taċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieh Santa Marija, il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju se tiġi organizzat Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata. Id-dettalji kollha jinsabu fin-nota li qiegħda titqassam mal-envelope. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.
  1. Nitolbu għal John Mula, Mary Cassar, Filomena Sciberras, Mark Caruana, Antonia Mallia li mietu din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply