1. MINN GĦADA / MILL-LLUM IL-ĦADD (1) Il-quddiesa tas-7:00p.m. li ssir kull nhar ta’ Ħadd fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, se tkun bl-ingliż. Tajjeb li nħeġġu lil persuni barranin biex jattendu. Ħdejn il-bieb tal-Knisja hemm flyers bid-dettalji. Nitlobkom biex tieħdu kopji ta’ dan il-flyer u timpustawh lil persuni li taħsbu li jistgħu ikunu interessati jattendi.
  1. IT-TNEJN (2) Se ssir laqgħa għal dawk kollha li jqassmu l-programmi u l-fuljetti fid-djar, fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-6p.m. Dawk kollha li jagħtu dan is-servizz huma mħeġġa biex jattendu.
  1. IT-TNEJN (2) fis-7.30pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju.
  1. L-ERBGĦA (4) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se ssir b’sufraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fl-aħħar tlett xhur.
  1. IL-ĦAMIS (5) Ikun hawn il-Qrar bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-qrar ikun bejn id-9:00 u l-11am u bejn l-4:30 u s-6p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (6) Se ssir l-Isports Rally tal-Festa, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fil-5:30p.m. Dawk l-istudenti minn Year 1 sa Form 3 li jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba li jkunu l-Oratorju fil-5:15p.m.
  1. IS-SIBT (7) Se jsir Seminar ta’ nofs ta’ nhar, għal dawk li jagħtu s-sehem tagħhom fil-Liturġija u għal dawk li ġew mitluba biex iservu waqt il-Liturġija, fil-parroċċa tagħna. Dan is-Seminar se jsir fil-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini tal-Imdina minn Dun Pawl Sciberras. Għal aktar dettalji mill-kurutur tas-Sagristija.
  1. IL-ĦADD (8) Ser ssir Festa Familja, fuq iz-zuntier tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, li tibda bil-quddiesa tas-7pm.
  1. IL-ĦAMIS 12 TA’ LULJU, il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Ħarġa ta’ tagħlim għall-Anzjani, fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat. Tluq ta’ trasport mill-pjazza fis-9am. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Fl-okkażżjoni taċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieħ Santa Marija, il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju se tiġi organizzat Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata. Aktar dettalji minn fuq in-notice boards u mill-flyers li hemm ħdejn il-bieben tal-Knisja.
  1. Matul il-weekend li għadda, inġabret is-somma ta’ €2,227 għall-proġetti li għaddejin bħalissa fil-Knisja. Grazzi.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali b’risq il-festa ta’ Santa Marija.
  1. Nitolbu għal Oliver Camenzuli u Nina Muscat li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply