1. IL-ĦADD (12) Fil-Knisja Arċipretali, fl-4:00p.m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IT-TNEJN (13) Tingħata bidu għal Ġimgħa Biblika fil-Parroċċa tagħna bit-tema: Ma jkun jiswieli xejn! It-Tnejn (13), l-Erbgħa (15) u l-Ħamis (16) se jsiru taħdidiet, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:15pm u t-Tlieta (14) se ssir taħdita fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fl-10.00a.m.
  1. IT-TNEJN (13) Se ssir Quddiesa li fiha jingħata l-Ministeru tal-Akkolitat lis-Seminaristi, fosthom Jean Gove mill-parroċċa tagħna, fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat, fis-7:15p.m.
  1. IT-TLIETA (14) Ser issir quddiesa b’talb għal fejqan organiżżata mill-grupp Kariżmatiku ‘Paċi u Sliem’, fil-kappella tal-Pax et Bonum, fis-7:30pm. Imexxi Patri Elija Vella ofm. Kulħadd huwa mistieden.
  1. L-ĠIMGĦA (17) fl-4.00p.m. se ssir Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa fil-knisja Arċipretali.
  1. IL-ĠIIMGĦA (17) Se ssir l-Assemblea Parrokkjali, nibdew bil-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Knisja Arċipretali u wara fis-7:00p.m. niltaqgħu fil-Katekumenju ta’ wara l-Knisja. Matul l-Assemblea ninġabru bħala komunita biex flimkien naraw kif inhi miexja l-parroċċa u nħarsu ‘l quddiem lejn dak li jista’ jsir biex ikollna parroċċa aktar ħajja. Lkoll imħeġġa biex nattendu.
  1. IL-ĦADD (19) Fil-Quddiesa tad-9:30a.m., fil-Knisja Arċipretali se niftakru fil-Qalbiena Mostin.
  1. IL-ĦADD (19) Issir il-festa fil-kappella tal-Madonna ta’ l-Isperanza. Minn nhar l-Erbgħa sal-Ħadd, fil-5:00p.m. jingħad r-Rużarju u fil-5:30p.m.  ikun hemm Quddiesa.
  1. Il-ġabra speċjali b’risq ir-restawr tal-portiku tal-Knisja Arċipretali kienet ta’ €2,750. Grazzi.
  1. Nitolbu għal Rowan Caruana, Speranzo Schembri, Emanuel Grech u Lawrence Fenech li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply