1. IL-ĦADD (17) Fil-knisja Arċipretali, fil-Quddiesa tal-11a.m., isir it-tberik tal-Bambini. It-tfal huma mħeġġa li jġibu l-bambin magħhom mid-dar biex jitbierek.
  1. IL-ĦADD (17) Fl-4:00p.m., fil-Knisja Arċipretali, ser ssir quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. 
  1. IT-TNEJN (18) Fil-Quddiesa tas-6.30p.m. se nitolbu b’mod speċjali għal dawk il-ġenituri li qed jistennew tarbija. Waqt il-Quddiesa isir t-tberik tal-ġenituri u t-trabi fil-ġuf. Tajjeb li nħeġġu lil dawk il-kopji li qed jistennew tarbija biex jattendu.
  1. IT-TLIETA (19) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax Et Bonum, fid-9:30a.m.
  1. IT-TLIETA (19) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m. niċċelebraw il-ministeru tad-Djakonija.
  1. L-ERBGĦA (20) Se ssir il-Purċissjoni tal-bambin fiz-zona ta’ Sant Andrija, fl-4:30p.m.
  1. L-ERBGĦA (20) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. L-ERBGĦA (20) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m. se nitolbu għal dawk li qed iħejju ruħhom għall-ħajja taż-żwieġ. Matul il-Quddiesa isir it-tberik tal-għarajjes.
  1. IL-ĦAMIS (21) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se tkun animata mill-għaqdiet Reliġjużi tal-parroċċa.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m. se jkunu mistiedna ż-żgħażagħ bejn 14 u 30 sena. Wara l-Quddiesa se ssir mixja lejn il-kappella ta’ San Pawl Eremita li tagħlaq bi ftit mumenti ta’ Adorazzjoni . Aktar dettalji jinsabu fuq in-notice board.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) Se jsir il-kunċert tal-Milied mill-banda Nicolo Isouard, fil-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:30p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) U S-SIBT (23) Fil-Knisja Arċipretali jkun hawn il-Qrar, bit-tħejjia għall-Milied, mit-8:30 sal-11am u mill-4:30 sas-6:00pm. Imħeġġin li ma nħallux il-qrar għall-aħħar.
  1. IL-ĦADD (24) Fil-knisja Arċipretali, il-Quddiesa tal-11a.m., tkun bis-sehem tal-Banda Santa Marija.
  1. Il-Grupp Armar Marija Assunta qed jorganizzaw wirja għal dan il-żmien tal-Milied, fil-maħżen ta ħdejn il-knisja. Kulħadd huwa mistieden.
  1. Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru se jiġi organizzat Festin tal-aħħar tas-Sena, fis-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, mit-8:30p.m. l-quddiem. Aktar dettalji minn fuq in-notice boards.
  1. Nifirħu lil Dun Edgar Vella, li Mons Arċisqof għoġbu jaħtru Monsinjur tal-Katidral.

Leave a Reply