1. IL-ĦADD (19) tkompli l-kitba taż-żimarri tal-Ġimgħa l-Kbira bejn it-8 u l-11am. It-tfal subien u bniet jiltaqgħu s-Sala ta’ fuq is-sagristija tal-bomba.
  1. IT-TNEJN (20) se jibdew l-Eżerċizzi:
  • Għal kulħadd, fil-knisja Arċipretali fid-9 ta’ filgħodu minn Dun Mario Tong.
  • Fil-kappella tal-Bidnija minn Dun Salv Borg wara l-Quddiesa li tibda fis-6:00pm.
  • Fiċ-Ċentru Sant’ Andrija minn Patri Tonio Mallia Milanez OP wara l-Quddiesa li tibda fis-6:00pm
  • Għaż-żgħażagħ 16 + se jibdew ukoll tlett ijiem ta’ Eżerċizzi fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, minn Fr Alistair Aquilina OFM, fit-8:00p.m. Matul dawn il-laqgħat se jkun hemm talk u workshops.
  1. IT-TLIETA (21) Ser issir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum fid-9.30am.
  1. IT-TLIETA (21) Se jsir pellegrinagg Penitenzjali għall-Knisja tar-Redentur fl-Isla. Tluq ta’ trasport minn ħdejn il-kappellel fiż-żoni fid-8.40am u minn ħdejn ir-Rotunda fid-8.45am. Naslu lura l-Mosta f’nofsinhar. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali jew fiz-zoni sat-Tnejn filgħodu.
  1. IL-ĠIMGĦA (24) Festa tar-Redentur. Fil-Knisja Arċipretali ikun hemm il-qrar mill-4:30p.m. ’l quddiem. Fil-5:30pm tibda quddiesa bil-kant u bl-omelija u wara joħroġ pellegrinaġġ li jakkumpanja x-xbieha tar-Redentur. Matul il-pellegrinaġġ jingħad it-talb tal-Via Sagra. Kif tidħol l-istatwa tibda quddiesa oħra.
  1. Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu se jiġi organizzat Breakfast fl-Lukanda Bugibba, bħala fundraising għar-restawr tal-portiku tal-Knisja. Aktar dettalji minn fuq in-notice boards tal-Knisja.
  1. Din is-sena jaħbat il-75 sena anniversarju mill-miraklu tal-bomba. Se jsir programm qasir is-Sibt 8 ta’ April li jikkomemora din l-ġrajja u se ssir Adorazzjoni nhar din il-ġrajja il-Ħadd 9 ta’ April. Aktar dettalji se joħorġu l-quddiem.
  1. Nitolbu għal Robert Theuma li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply