1. L-ĦADD (19) Issir il-festa tal-Madonna ta’ l-Isperanza b’quddiesa fil-5:30p.m.
  1. IT-TLIETA (21) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum fid-09.30am u l-ĠIMGĦA (24) se ssir Adorazzjoni fiċ-ċentru Sant’Andrija fl-10am, mis-Superjur Joe Fenech.
  1. L-ERBGĦA (22) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Kappella ta’ San Anton, fl-4.30p.m. li tibda bil-Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (24) il-Quddiesa tas-6:30pm se timexxa minn Mons Arċisqof fl-okkażżjoni tal-5 snin mill-ordinazzjoni episkopali tiegħu. Wara se ssir l-Assemblea Djoċesana fil-katekumenju.
  1. IL-ĠIMGĦA (24) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof is-sena d-dieħla. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fis-7:15p.m.
  1. IS-SIBT (25) Se ssir Quddiesa tal-Festa ta’ Sant Andrija, fiċ-Ċentru taz-Zona Sant Andrija, fis-6:00p.m.
  1. IL-ĦADD (26) Se jsir Jum ta’ Irtir bi preparazzjoni għal żmien tal-Avvent, organizzat mix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, fl-lukanda l-Marfa. Booking mingħad il-helpers tax-Xirka.
  1. Il-ĦADD (26) Tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera fil-5:00pm. Se jiġi organizzat trasport li jitlaq mill-pjazza tal-Mosta fl-4:15pm. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar il-Ġimgħa.
  1. Matul ix-xahar ta’ Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa qed ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fl-4:00p.m.
  1. Fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja.  Informazzjoni dettaljata tinkiseb mill-istess skejjel tal-knisja u minn fuq il-website tal-Kurja.

Leave a Reply