1. IL-ĦADD (22) Se ssir fiera, fil-Bitħa tal-Oratorju Marija Immakulata, bejn it-8.30a.m. u n-12.30p.m.
  1. IL-ĦADD (22) Fil-Knisja Arċipretali, fl-4:00p.m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IL-ĠIMGĦA (27) Se ssir Adorazzjoni fic-Centru Sant’Andrija, fl-10:00a.m.
  1. Fil-weekend li ġej se jiġi amministrat s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. IS-SIBT (28), fil-Knisja Arċipretali, l-Quddiesa tal-5:00p.m., se ssir bħas-soltu, waqt li tas-6:30p.m. se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu minħabba li fl-istess ħin se issir il-Griżma. Il-Ħadd (29), fil-Knisja Arċipretali l-Quddiesa tal-5:30p.m. se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu minħabba li fl-istess ħin se issir il-Griżma.
  1. Għadhom kemm ġew publikati minn Dun Pawl Sciberras riflessjonijiet bl-Ingliż fuq il-qari tal-quddiesa fil-jiem kollha ta’ matul il-ġimgħa għas-Sena 2, li tibda fl-Avvent li ġej. Min jixtieq jakkwista kopja għal €15 kull kopja jista’ jagħmel dan mis-sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Carmelo Scerri u Salvatore Spiteri li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply