1. IL-ĦADD (25) Niċċċelebraw s-Solennita tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu. Wara l-quddiesa tat-8a.m. isir it-tqarbin tal-morda. Fl-4:00p.m. fil-knisja Arċipretali ssir Adorazzjoni fis-skiet u fil-5:00p.m. l-Għasar. Fil-5:30p.m. Quddiesa Konċelebrata. Wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament. Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulħadd biex mit-toroq fejn ser tgħaddi l-purċissjoni ma jkunx hemm karozzi pparkjati u fejn hu possibli nżejnu t-toroq.
  1. IT-TLIETA (27) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9am.
  1. L-ERBGĦA (28) Se ssir laqgħa għal-adulti li jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-kbira. Il-Laqgħa se ssir fl-Oratorju Marija Immakulata fis-7:30p.m. Wara se jsir Bar be Que. Min jixtieq jattendi għandu javża fl-uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħodu.
  1. IL-ĦAMIS (29) Festa Liturġika ta’ San Pietru u San Pawl. Xieraq li nqaddsu dan il-jum billi nieħdu sehem fil-Quddiesa. Il-ħin tal-quddies filgħodu jkun bħal ta’ nhar ta’ xogħol u jkun hawn quddiesa oħra fl-10am. Minn nhar il-Ħamis il-Quddiesa tas-7:30a.m. terġa ssir fit-7:45am.
  1. IL-ĠIMGĦA (30) Ser ssir Adorazzjoni fl-10am fiċ-Ċentru Sant’Andrija.
  1. IL-ĠIMGĦA (30) Fil-Parroċċa tagħna nagħmlu t-tifkira ta’ San Paċifiku, meqjum fil-kor tal-knisja arċipretali. Il-Quddiesa tas-6:30p.m. tkun bil-kant u bil-prietka.
  1. IL-ĠIMGĦA (30) Fis-6:00p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt, se ssir l-Ordinazzjoni Presbiterali, li fiha se jiġi ordnat saċerdot Rev. Sinclair Bugeja li joqgħod fil-parroċċa tagħna. Nitolbu għalih.
  1. Se jitqassam fi djarkhom il-Fuljett Flimkien, fil-paġna tan-nofs għandkom insert tal-parroċċa, li minbarra artikli wieħed isib il-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Lulju.
  1. IT-TNEJN 10 TA’ LULJU se ssir laqgħa għal dawk kollha li jqassmu l-programmi u l-fuljetti fid-djar, fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-7:00p.m. Dawk kollha li jagħtu dan is-servizz huma mħeġġa biex jattendu.
  1. Nitolbu għal Antonia Farrugia li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply