1. IL-ĦADD (26) Fl-4p.m., fil-knisja Arċipretali issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
  1. IT-TNEJN (27) se jibdew tlett ijiem ta’ Eżerċizzi għal min għandu dubju fil-Fidi. Dawn se jsiru fil-katekumenju ta’ wara l-Knisja fit-8:00p.m. Imexxi l-Arċipriet Dun Sebastjan Caruana.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) Fl-Oratorju Marija Immakulata se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u n-12:30pm. Inkunu ġenerużi. Id-Donaturi mitluba jieħdu l-karta tal-identita.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) se jiġi organizzat Breakfast fl-Lukanda Bugibba, bħala fundraising għar-restawr tal-portiku tal-Knisja. Nibdew billi nieħdu sehem fil-quddiesa tat-8:30am fil-Knisja Arċipretali. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew mingħand il-helpers tas-soltu sa nhar l-Erbgħa li ġej.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) ser issir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10.00am.
  1. Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni nhar is-Sibt (1) fis-7.00pm. u l-Ħadd (2) fis-2.30pm u fis-7:00p.m.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra tal-Ewwel Ħadd tax-xahar li se tmur għall-proġett tal-portiku.
  1. Il-Ministri tal-Liturġija kollha, inkluz dawk li s-soltu jirċievu l-email, huma mitluba jiġbru korrispondenza għalihom mis-sagristija.
  1. Wasal l-magazine Flimkien għax-xahar ta’ April. Fil-paġni ta’ ġewwa wieħed isib il-programm tal-Gimgħa Mqaddsa u l-programm tat-tberik tal-familji.
  1. Nitolbu għal Carmelo Zahra u Calcedonia Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …..

Leave a Reply