1. Għada / Llum il-ĦADD (26) Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera fil-5:00pm. Jkun hawn trasport li jitlaq mill-pjazza tal-Mosta fl-4:15pm.
  1. IL-ĦADD (26) Fl-4:00p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija fil-knisja Arċipretali.
  1. IT-TLIETA (28) Se ssir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-quddiesa tad-9am.
  1. L-ERBGĦA (29) u IL-ĦAMIS (30) Se ssir il-Festa ta’ Sant Andrija, fil-kappella l-antika ta’ Sant Andrija, fis-6:00p.m. se ssir Quddiesa bil-kant u bil-prietka u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
  1. IL-ĦAMIS (30) Fil-Knisja Arċipretali, Ikun hawn konfessur għal qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa ta-xahar.
  1. IL-ĠIMGĦA (1) Se ssir laqgħa għall-ġenituri, li uliedhom qiegħdin Year 3 ,4, 5 ,6. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. IL-ĦADD (3) Waqt il-Quddiesa tal-11:00a.m., se jsir it-Tberik tal-Girlandi tal-Avvent fil-Knisja Arċipretali. It-tfal huma mħeġġa li jattendu mall-ġenituri tagħhom.
  1. IL-ĦADD (3) Il-grupp EBDA se jorganizza Seminar bit-tema “Kieku ma kellix imħabba, jien ma kont inkun xejn”, fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat. Imexxi l-ET Mons Pawlu Cremona. Tluq ta’ trasport mil-pjazza tal-Mosta fit-8:30a.m. Kull min hu interessat biex jattendi għandu jinkiteb fl-ufficcju parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.
  1. IL-ĦADD, l-10 ta’ Diċembru, se tiġi organizzata Ikla buffett għal nofsinhar, fl-Lukanda Buġibba, għaż-żmien tal-Milied. Aktar dettalji jinsabu fil-fuljett flimkien u fiq in-notice boards.
  1. Dawk mpenjati fil-liturġija huma mitluba biex jiġbru r-roster ta’ Diċembru mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  1. Nhar il-Ħadd li ġej nibdew sena liturġika ġdida bl-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent. Jibda jintuża l-messalin għas-sena B.

Leave a Reply