1. IL-ĦADD (3) Waqt il-Quddiesa tal-11:00a.m., se jsir it-Tberik tal-Girlandi tal-Avvent fil-Knisja Arċipretali. It-tfal huma mħeġġa li jattendu mall-ġenituri tagħhom.
  1. IT-TNEJN (4) Bħala parti mill-programm tal-festival internazzjoni tal-orgni, se jsir kunċert bl-orgni, fil-Knisja Arċipretali fis-7:15pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
  1. IT-TLIETA (5) L-Azzjoni Kattolika Nisa se jorganizzaw irtir, fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30am, li jibda bil-quddiesa.
  1. IT-TLIETA (5) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (7) Se ssir Velja ta’ Talb quddiem Ġesu’ Sagramentat, fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, fis-6:00p.m. L-Adorazzjoni li ssoltu ssir fil-Knisja Arċipretali mhux se ssir.
  1. IL-ĠIMGĦA (8) niċċelebraw il-festa tal-Kunċizzjoni. Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem fil-quddies. Il-ħin tal-quddies ikun bħas-soltu. Fil-knisja Arċipretali jkun hawn Quddiesa oħra fl-10am u li fiha jieħdu sehem il-membri tal-Oratorju Marija Immakulata u l-Kor Shalom. Fil-knisja tal-Kunċizzjoni ta’ ħdejn Ta’ Qali ssir quddiesa fid-9am.
  1. IL-ĦADD (10) Se tiġi organizzata Ikla buffett għal nofsinhar, fl-Lukanda Buġibba, għaż-żmien tal-Milied. Aktar dettalji jinsabu fil-fuljett flimkien u fiq in-notice boards.
  1. Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza irtir għal anzjani, il-Ħamis 14 ta’ Diċembru, fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat. Tluq ta’ trasport mill-pjazza fid-9am. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Qed jiqassam fid-djarkom il-Fuljett Flimkien, fil-paġni tan-nofs għandkom issibu il-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Diċembru. Qed jitqassam ukoll programm għaż-żmien l-avvent u l-milied, li fih ħsiebijiet għal kull ġurnata. Tajjeb li insibu ftit ħin u naqraw dawn il-ħsibijiet ta’ kuljum, biex nippreparaw aħjar għall-festa tat-twelid ta’ Ġesu. It-tema magħżula għaż-żmien tal-Avvent u l-Milied se tkun “Ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu”.
  1. Nitolbu għal Marija Sciberras li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply