1. LLUM / Il-ĦADD (30) Tibda l-Kwindiċina, ħmistax il-jum ta’ preparazzjoni għall-festa. Fis-7:00pm issir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Wara jsir pellegrinaġġ bit-talba tar-Rużarju, li jgħaddi mit-toroq: Barrieri, Gafa, Kungress Ewkaristiku, għall-Knisja Arċ Fejn issir l-Antifona u l-Barka Sagramentali.
  1. IT-TNEJN (31), T-TLIETA (1), L-ERBGĦA (2), L-ĦAMIS (3) U L-ĠIMGĦA (4)  Se jsiru jiem ta’ tagħlim. Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se tkun bil-kant u bil-prietka minn Fr Jimmy Bonnici. It-tema magħżula hija: Il-Maternita tal-Madonna. Imħeġġin lkoll nieħdu sehem.
  1. IT-TNEJN (31) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. tkun b’suffraġju għall-erwieħ kollha speċjalment dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn.
  1. Il-ĦAMIS (3) Fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn il-Qrar bi thejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĠIMGĦA (4) Fl-Okkażżjoni tal-Festa ta’ Santa Marija se ssir Pasta or Burger night fl-Oratorju Marija Immakulata. Mistiedna nattendu. Booking miftuħ sa nhar l-Erbgħa.
  1. IS-SIBT (5) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m. huma mistiedna b’mod speċjali d-diriġenti u l-membri tal-għaqdiet soċjali u ċiviċi tal-Mosta. Wara l-Quddiesa l-membri tal-għaqdiet soċjali se jimxu korteo minn Triq Kurat Callejja sa ħdejn l-istatwa ta’ Santa Marija fi Triq it-Torri, fejn isir tqegħid tal-fjuri.
  1. Il-ĦADD (6) fil-Quddiesa tal-5:30pm ikollna ċ-Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. Wara jsir it-tberik u l-preżentazzjoni tat-trabi u tfal żgħar lill-Assunta.
  1. IL-ĦADD (6) l-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Mosta qed tistieden liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m. li se tkun animata miż-żgħażagħ stess bil-parteċipazzjoni tal-għaqdiet taż-żgħażagħ tal-Mosta. Wara nkomplu b’attivitajiet fosthom team challenges fejn żgħażagħ mitluba jgħaqqdu grupp ta’ mhux inqas minn 6 persuni biex jikkompetu bejniethom. Applikazzjoni minn fuq il-facebook page tal-kpaz.
  1. IL-ĦADD (6) Fil-Każin tal-Banda Nicolo Isouard se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u n-12:30pm. Lkoll mitlubha li nkunu ġenerużi u nagħtu d-demm. Importanti li kull min jersaq biex jagħti d-demm jippreżenta l-karta tal-identita.
  1. Il-ġbir li jsir fil-Quddies ta’ nhar il-Ħadd li ġej se jkun b’risq il-festa ta’ Santa Mariija. Nitolbukhom tkunu ġenerużi.
  1. Dawk mpenjati fil-liturġija huma mitluba biex jiġbru r-roster ta’ Awwissu mis-sagristija.
  1. Nitolbu għal Joseph Calleja li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej…..

Leave a Reply