1. IT-TLIETA (6) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum, fl-4:00p.m.
  1. Fil-Weekend li ġej se jiġi ċċelebrat l-Ewwel Tqarbina. Is-Sibt (10) fis-6:30p.m. se jkollna l-ewwel grupp ta’ tfal li se jirċievu dan is-sagrament. Minħabba f’hekk l-quddiesa tas-6:30p.m. se ssir fil-Katekumenju. Il-Ħadd (11) fis-6:30p.m. ikollna t-tieni grupp ta’ tfal li se jirċievu dan is-sagrament. Il-quddiesa tal-5:30p.m. se ssir fil-katekumenju.
  1. IS-SIBT (10) Se issir l-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja ta’ Pembroke. Tibda fid-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m. Ikun hawn trasport mil-pjazza.
  1. IL-ĦADD (11) Il-Quddiesa tal-5:30p.m. se ssir fil-Katekumenju ta’ ħdejn il-Knisja. Fis-6:30p.m., se ssir Quddiesa fil-Knisja Arċipretali, li fiha t-tfal li jattendu ċ-ċentri Oratorju Marija Immakulata, Museum Subien, Sant’ Andrija u grupp minn Ta’ Mlit se jersqu għall-Ewwel Tqarbina.
  1. Il-Ħamis 15 ta’ Ġunju, il-kummissjoni Djakonija ser torganizza ħarġa għal anzjani għal dar Frate Jacabo, f’Wied il-Għajn. Tluq ta’ trasport mill-pjazza fid-8:45a.m. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Qed jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ Ġunju, fil-paġni tan-nofs għandkom issibu fuljett tal-parroċċa, li minbarra artikli wieħed isib il-programm tal-parroċċa għal dan ix-xahar u l-programm tal-Ġimgħa Ewkaristika.
  1. Qed joqorbu x-xhur sħan tas-sajf, tajjeb li fis-sajf nibqgħu nfaħħru lil Alla bis-sehem tagħna fil-Quddies. Tajjeb ukoll li l-ilbies tagħna jkun xieraq u addattat għall-knisja b’rispett lejn Alla u lejn xulxin.
  1. Nitolbu għal Maria Dolores Bonnici u Emanuel Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej……

Leave a Reply