1. IL-ĦADD (5) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (7) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum, fl-4:00p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (10) Se ssir Laqgħa ta’ formazzjoni liturġika, bis-suġġett: l-Aspett liturġiku fil-kotba Mqaddsa. Il-laqgħa se ssir fis-Sala tas-Sorijiet Agostinjani fis-7:00p.m. Kulħadd huwa mistieden jattendi, b’mod speċjali dawk li huma mpenjati fil-liturġija.
  1. IS-SIBT (11) Se ssir Quddiesa għall-ġenituri li tilfu lil xi ħadd minn uliedhom, fil-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (11) Se jsir Seminar li jinkludi Quddiesa u Talk, fil-kappella Ġesu Feddej, f’Santa Margerita, li jibda fil-5:30pm. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IS-SIBT (11) Imiss il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż Żebbuġ. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11pm. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. Din il-ġimgħa issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu. It-Tnejn (6) jum il-propja festa se ssir Quddiesa fis-6:00p.m. u mill-Ħamis (9) sal-Ħadd (12) ukoll isir Quddies fis-6:00p.m.
  1. Qed jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien, fil-paġna tan-nofs għandkom insert tal-parroċċa, li tinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Novembru. Ħdejn il-bieb tal-Knisja hemm kopji tal-fuljett għal dawk li mhux jirċevuh u jixtiequ kopja.
  1. Nitolbu għal Giuseppe Cassar, Carmela Camilleri, Daphne Caruana Galizia u Giuseppe Maria Borg li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply