1. IL-ĦADD (8) Se ssir Festa Familja, fuq iz-zuntier tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, li tibda wara l-quddies tas-7.00pm.
  1. IT-TLIETA (10) Se jsir Rużarju u quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-artal tal-Assunta fil-kor tal-Knisja Arċipretali.
  1. IT-TLIETA (10) Fl-okkażjoni tal-75 sena mill-mewt ta’ Patri Avertan Fenech Patri Karmelitan Mosti li miet b’fama ta’ qdusija, se ssir lejla kommemorattiva fi Triq Stivala, fis-7:00p.m.
  1. L-ERBGĦA (11) Laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’ Anton Abbati. Tibda fl-4.30pm b’quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (13) se tiġi organizzata Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata, fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Aktar dettalji minn fuq l-appell li tqassam fi djarkom jew tistgħu tieħdu flyer minn ħdejn il-bieben tal-Knisja.
  1. Matul din il-ġimgħa qed jitqassam il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ Lulju, l-Appell tal-Festa li jinkludi r-rendikont tal-Festa tas-sena l-oħra u l-envelopes għall-offerta tagħkom għall-festa din is-sena. L-Envelopes se jinġabru mill-helpers tas-soltu. Imħeġġin biex nkunu ġenerużi.
  1. Il-Fakulat tat-teoloġija fl-Universita ta’ Malta qed torganizza korsijiet part time f’diversi oqsma. Għal dawn il-korsijiet hemm anke boroz ta’ studju. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboard.
  1. Nitolbu għal Francis Sammut, Lizia Agius u Tereza Agius li mietu din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply