FR. BERNARD MANGION JICCELEBRA L-HAMSIN ANNIVERSARJU MILL-ORDINAZZJONI

DSC_3925 DSC_3944 DSC_3961 DSC_3962 DSC_3971 DSC_3979 DSC_3983 DSC_3985 DSC_3991 DSC_4018 DSC_4027 DSC_4032 DSC_4040

 

Fr. Bernard Mangion twieled il-Mosta minn Francesco u Maria nee’ Bezzina nhar il-15 ta’Frar 1940 u nghata l-isem ta’ Pankrazju. Beda l-edukazzjoni tieghu fl-Iskola Primarja tal-Mosta. Wara dahal aspirant mas-Socjeta Missjonarjjka ta’San Pawl f’Santa Venera.  Minn  hemm huwa attenda l-Kullegg San Alwigi f’Birkirkara.  Huwa studja l-filosofija u t-teologija fl-Universita ta’Malta. Huwa gie ordnat Sacerdot mill-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi fil-Konkatedral ta’San Gwann il-Belt nhar it-3 ta’April 1965.

Fr. Bernard huwa sinonimu mal-Kullegg Missjunarju ta’ San Pawl. Mill-ewwel kien il-id il-leminija tas-Superjur Fr. Stanley Tomlin li kellu xewqa kbira li titwaqqaf skola sekondarja biex tanima aktar vokazzjonijiet. Wara sentejn Fr. Bernard gie mahtur ufficjalment bhala Rettur tal-Kullegg Missjunarju ta’ San Pawl. Huwa qeda dan il-ministeru ghal 18 il-sena shah. Huwa nghata l-kariga biex titkompla l-Knisja ta’ Sant’Agata, flimkien mal-kullegg innifsu u s-sala sabiha tieghu.

Fl-1984 wara li temm dan ix-xoghol kollu, gie maghzul biex imur fil-Missjoni tas-Socjeta fil-Pakistan. Hemmhekk huwa kien ta’ghajnuna kbira lil Knisja tal-post.  Barra mix-xoghol pastorali tieghu f’diversi parrocci, kien mahtur mill-Isqfijiet tal-Pakistan biex jippjana u jibni Centru Kbir Ta’Formazzjoni Nisranija. Malli temm dan il-progett.  l-Isqfijiet Pakistani inkarigawh biex jibni Seminarju ghall-istudenti tal-Filosofija u wara gie mahtur Rettur tieghu.

Huwa dam jahdem il-Pakistan ghal  18 il-sena, fejn kellu jhalli din il-kariga ghax kien mghazul Superjur Generali tas-Socjeta Missjunarja Ta’ San Pawl. Huwa hadem biex twaqqfet il-Missjoni tas-Socjeta fil-Filippini.

Meta spicca miz-zewg termini ta’Superjur Generali, rega’ mar il-Missjoni fil-Pakistan. Fr. Bernard kompla jibni l-knejjes u progetti ghal hafna religjuzi fil-Pakistan.

Fr. Bernard inghata l-Unur “ Gieh il-Mosta” ghal-kontribut tieghu fil-qasam edukattiv f’Malta.  Ix-xewqa tieghu hi li jkompli jsahhah il-Knisja fil-Pakistan u jghin kemm jista’lill-foqra ta’dak il-pajjiz.

Nifirhulu tax-xoghol kbir li ghamel f’din l-okkazzjoni tal-Hamsin Anniversarju tal-Ordinazzjjoni tieghu u nixtiequlu ghomor twil.