Infakkru t-73 sena mill-Miraklu tal-Bomba

Bomba 1Bomba 2

Kien il-Hamis id-9 ta’April 1942 matul it-Tieni Gwerra Dinjija wara nofs in-nhar meta hamsin Bomber tal-Ghadu attakaw lil gzejjer Maltin.   Xi ghaxra kienu Junker 87 Stuka Divebombers. Kien hemm ukoll ajruplani tal-glied fighters  Messerschimts 109 jghinuhom. Xi whud minn dawn l-Messerschmidts 109 kienu qed igorru bombi wkoll. Kien wiehed minn dawn li waddab il-bomba li nifdet il-koppla tar-Rotunda fil-4.40pm.

Il-Bomba nifdet il-koppla u kwantita kbira ta’ gebel waqgha fil-knisja. Ghalkemm kien hemm mal-erbgha mitt ruh fil-knisja waqt l-Ora Santa hadd ma ndarab u mirakolozament il-bomba ma splodietx. In-nies hargu jigru mill-knisja u nizlu fix-xelter tal-pjazza. Wara gew is-suldati tal-Bomb Disposal Service li kienu stazzjonati fil-Fortizza tal-Mosta u wara li nehhewlha l-fuse harguha l-barra mill-knisja.

Waqt li kienu qed inizzlu l-bomba minn fuq it-tarag taz-zuntier, saritlu xi hsara li minkejja li gie msewwi,  ghadha tidher sal-llum. L-ghada filghodu l-Arcisqof Mons. Mauro Caruana zar ir-Rotunda  biex jara l-hsara u qabel hareg mill-knisja qal lill-Mostin :”’Nispera li kollox jigi ghal li kien”. Talbuh li ghal ftit taz-zmien il-quddies isir fil-kannierja. Huwa tahom il-permess bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm nies reqdin hemmhekk waqt il-Quddies. Dan ghaliex bosta nies kienu jorqdu hemm waqt l-attakki mill-ajru. Il- Mostin ghattew kif setghu it-toqba fil-koppla ghal kumplament tal-gwerra biex ma ssirx aktar hsara. Il-hsara fil-koppla giet imsewwija kompletament fl-1946.

Bħala radd ta’ ħajr lil Alla, llejla, fil-knisja Arċipretali, fis-6:30p.m.  se ssir Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara jitkanta t-Te Deum, l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.