The Maltese Missionary Experience – ktieb, kitba ta’ Dun Gwann Caruana

 

Dun Ġwann Caruana, Saċerdot Missjunarju mill-Mosta,
se joħroġ ktieb dwar l-esperjenza tal-Missjunarji Maltin.
 Kull min jixtieq jakkwista dan il-ktieb għandu jiddeposita
l-flus tal-ktieb jew kotba
li se jixtri li jordna,
fil-BOV account number 40018367203 jew
APS Bank account number 1013043001-3 .
 
Meta tmur il-Bank trid tagħti ismek u n-numru tal-Identita. Bl-irċevuta li tirċievi tkun tista´ tmur  l-Gutenberg Printing Press Hal Tarxien biex tiġbor il-ktieb jew kotba li jkun xtrajt, meta nħabbru li l-ktieb hu lest. Dan għandu jkun xi ġimgħa qabel il-Ħadd tal-Missjoni. Il-ktieb se jkun fih madwar 450 pagna, qies ta’ 335 mm x 240mm, stil coffe table, hard cover, bil-Jacket u se jkun għall-Prezz €15 għal min jordnah sal-20 ta’ Settembru 2014