1. IL-ĦADD (13) Fil-5:30p.m. quddiesa bis-sehem l-membri tal-għaqdiet reliġjużi u l-movimenti ekkleżjali.
  1. IT-TNEJN (14) Lejliet il-Festa. Fit-8:30a.m., quddiesa kantata li fiha jitkanta l-Innu ta’ Radd il-Ħajr, t-Te Deum. Fil-5:30p.m., quddiesa tal-Vġili fil-Knisja Arċipretali u fis-6:45p.m. tibda t-traslazzjoni solenni tar-Relikwija mill-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ sal-Knisja. Wara jitkanta l-ewwel għasar u tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. IT-TLIETA (15) Jum il-Festa. Fis-6, fis-7 u t-8am. quddies ta’ Jum il-Festa. Wara tas-7am isir t-tqarbin tal-morda fi djarhom. Il-Quddiesa solenni tal-festa se titmexxa minn Nunzju Appostoliku l-ġdid E.T. Mons Alessandro D’Errico. Fid-9:00a.m. Mons Arċisqof jippreżenta n-Nunzju l-ġdid u fid-9:15a.m. tibda l-Quddiesa solenni. Importanti li nkunu f’postna qabel d-9:00am. Fil-11:00am tibda quddiesa fil-katekumenju ta’ wara l-Knisja u fil-11:30am tibda quddiesa oħra fil-knisja Arċipretali. Filgħaxija, issir Quddiesa oħra fil-5:00p.m. u fis-6:00p.m isir Għasar solenni. Fis-6:45p.m. toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija.
  1. L-ERBGĦA (16) l-għada tal-festa, l-ewwel quddiesa tkun fis-7:00am. Ma jkunx hawn tas-6:00a.m.
  1. Navżaw li matul din il-ġimgħa l-uffiċċju parrokkjali se jkun magħluq. Jerġa jkun miftuħ it-Tnejn 21 ta’ Awwissu.
  1. Aktar dettalji u informazzjoni b’ritratti tal-festa jinsabu fuq paġna ta’ facebook: Mosta Parish
  1. Nitolbu għal Maria Cutajar, Kieran Borg, Giuseppa Cuschieri u Monica Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..
  1. L-Arċipriet, l-Kleru tal-parroċċa u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali jawguraw lil kulħadd il-festa t-tajba.

Leave a Reply